31972L0245



Official Journal L 152 , 06/07/1972 P. 0015 - 0024
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0104
Danish special edition: Series I Chapter 1972(II) P. 0609
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0104
English special edition: Series I Chapter 1972(II) P. 0637 - 0645
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0250
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0117
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0117


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-20 ta’ Ġunju 1972

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward it-trażżin ta’ l-interferenza radju prodotta mill-magni spark-ignition imwaħħlin fuq vetturi bil-mutur

(72/245/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 migjub fih;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

Billi l-ħtiġijiet tekniċi li vetturi bil-mutur mgħammra b’magna spark-ignition għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, fost l-oħrajn, mat-tnaqqis ta’ l-interferenza radju prodott minn dawn il-vetturi;

Billi dawk id-disposizzjonijiet jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi huwa meħtieġ għal dan il-għan li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġijiet, jew b’żieda ma’ jew minflok il-ħtiġijiet eżistenti, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 1 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-approvazjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom li għandha tiġi applikatata b’rispett għal kull tip ta’ vettura [1];

Billi huwa mixtieq li jkunu segwiti il-ħtiġijiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tal-ĠM fir-Regolament tagħha Nru 10 (Disposizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi b’rigward għat-tnaqqis ta’ l-interferenza radju), anness mal-Ftehin ta’ l-20 ta’ Marzu 1958 li jikkonċerna l-adottazzjoni ta’ kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni u għarfien reċiproku ta’ approvazzjoni għal tagħmir u partijiet ta’ vetturi bil-mutur [2];

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur mgħammra b’sistema ta’ ignition b’vultaġġ għoli, maħsuba għall-użu fuq it-triq, bil-bodi jew mingħajru li għandha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata ta’ aktar minn 25km/siegħa, b’eċċezzjoni għal vetturi li jimxu fuq il-linji tal-ferrovija, tractors jew makkinarju agrikolu, u vetturi tax-xogħlijiet pubbliċi.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura fuq raġunijiet relatati ma’ l-interferenza radju prodott mis-sistemi ta’ ignition elettrika tal-magna jew magni jekk din il-vettura hija mgħammra b’tagħmir li jnaqqas l-interferenza li jilħaq il-ħtiġijiet imqiegħda fl-Annessi.

Artikolu 3

L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun informat dwar kull modifikazzjoni lil parti jew karatteristika msemmijin fil-partita 2.2 ta’ l-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jiddeterminaw jekk għandhomx isiru testijiet ġodda fuq il-prototip modifikat u jekk għandux isir rapport ġdid dwar dawn. Fejn dawn it-testijiet juru nuqqas ta’ komformità mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva, il-modifikazzjoni m’għandhiex tiġi approvata.

Artikolu 4

L-emendi meħtieġa għall-aġġustament tal-ħtiġijiet ta’ l-Anness sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura ta’ l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approvazzjoni tal-mudell ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifikazzjoni tagħha u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-testijiet tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva ikunu komunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-20 ta’ Ġunju 1972.

Għall-Kunsill

Il-President

J.P. Buchler

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2]

--------------------------------------------------

ANNESS I [1]

1 DEFINIZZJONIJET, APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE, MARKI, APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE, SPEĊIFIKAZZJONIJIET, TESTIJIET, KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

(1) 2. DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva,

(2.1) 2.2. "Il-mudell ta’ vettura fir-rigward tat-trażżin ta’ interferenza radju" ifisser vetturi li ma jvarjawx f’karatteristici essenzjali bħal:

2.2.1 Il-forom u materjali kostitwenti tal-parti tal-karrozzerija li tifforma l-kompartament tal-magna u l-parti tal-kompartament tal-passiġġieri li jinsab l-eqreb tiegħu;

2.2.2 it-tip ta’ magna (jekk b’żewġ kolpi jew erbgħa, numru u kapaċità taċ-ċilindri, numru ta’ karburaturi, arranġament tal-valvoli, qawwa massima u rpm korrespondenti);

2.2.3 il-pożizzjoni jew mudell tal-komponenti taċ-ċirkwit ta’ l-ignition (coil, distributur, sparking plugs, screening eċċ.);

2.2.4 il-pożizzjoni tal-komponenti magħmula mill-metall li jinsabu fil-kompartiment tal-magna (eż apparat ta’ tisħin, stepni, filtru ta’ l-arja eċċ.);

2.3. "Limitazzjoni ta’ l-interferenza radju" tfisser tnaqqis fl-interferenza radju fil-frekwenzi ta’ xandir bil-ħoss jew tat-televiżjoni sa ċertu livell li fih m’hemm l-ebda interferenza sostanzjali bil-funzjonament ta’ riċevituri li ma jinstabux fuq il-vettura nnifisha; din il-kondizzjoni tiġi sodisfatta jekk il-livell ta’ interferenza jibqa’ aktar baxx mil-limiti li jinsabu fil-parti ta’ 6.2.2 hawn taħt;

2.4. "Tagħmir għat-tnaqqis ta’ l-interferenza radju" ifisser sett komplut ta’ komponenti meħtieġa sabiex jillimitaw l-interferenza radju mis-sistema ta’ ignition ta’ vettura bil-mutur. It-tagħmir għat-trażżin ta’ l-interferenza tar-radju jinkludi wkoll strixxi għall-earthing u komponenti ta’ screening li huma inkorporati speċjalment għat-tnaqqis ta’ l-interferenza radju;

2.5. "Tagħmir ta’ trażżin ta’ tipi differenti" ifisser settijiet ta’ tagħmir li jiddiferixxu f’tali rispetti essenzjali bħal:

2.5.1 li l-komponenti tagħhom ikollhom ismijiet jew marki kummercjali differenti;

2.5.2 li l-karatteristiċi ta’ "frekwenza għolja" ta’ komponent huma differenti jew il-komponenti tagħhom jivarjaw fil-forma jew daqs;

2.5.3 li l-prinċipji tal-ħidma ta’ mill-inqas komponent wieħed huma differenti;

2.5.4 li l-komponenti tagħhom huma assemblati b’mod differenti.

2.6. "Komponent ta’ tagħmir għat-trażżin" ifisser wieħed mill-partijiet kostitwenti individwali tat-tagħmir ta’ tnaqqis.

3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE

3.1 L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KEE ta’ tip ta’ vettura b’rigward għat-trażżin ta’ l-interferenza radju għandha tiġi sottomessa mill-fabbrikant tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

3.2 Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin fi triplikat u bid-dettalji li ġejjin:

3.2.1 deskrizzjoni tal-mudell tal-vettura b’rigward għall-partiti msemmija fil-partita 2.2 t’hawn fuq, akkumpanjati bi stampa mkabbra jew ritratt tal-kompartiment tal-magna. Għandhom jintwerew in-numri u/jew simboli ji jidentifikaw it-tip tal-magna u l-mudell tal-vettura;

3.2.2 lista tal-komponenti identifikati b’mod korrett li tikkostitwixxi t-tagħmir ta’ tnaqqis ta’ interferenza radju;

3.2.3 skemi dettaljati ta’ kull komponent sabiex tkun tista’ tinsab u tiġi identifikata faċilment;

3.2.4 dettalji tal-valur nominali tar-reżistenzi tal-kurrent dirett, u, fil-każ ta’ kejbils ta’ l-ignition resistenti, dikjarazzjoni tar-reżistenza nominali għal kull metru.

3.3 Flimkien ma’ dan, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KEE għandha tkun akkumpanjata b’kampjun tat-tagħmir għat-tnaqqis ta’ l-interferenza radju.

3.4 Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata għandha tingħata lis-servizz tekniku li jkun responsabbli għat-testijiet ta’ approvazzjoni tal-mudell.

4. MARKI

4.1 Il-komponenti tat-tagħmir għat-tnaqqis ta’ l-interferenza radju għandu jkollhom fuqhom:

4.1.1 l-isem tad-ditta jew marka tal-fabbrikant tat-tagħmir u l-komponenti tiegħu;

4.1.2 id-deskrizzjoni kummercjali mogħtija mill-fabbrikant.

4.2 Il-marki għandhom jiġu ripetuti fuq il-cables tat-tnaqqis ta’ l-interferenza radju f’intervalli ta’ mhux aktar minn tnax-il ċentimetru.

4.3 Dawn il-marki għandhom jinqaraw b’mod ċar u ma jistgħux jitħassru.

5. APPROVAZZJONI TAL-MUDELL:

(5.1) 5.2) 5.3 Formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness IV għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE.

(5.4) (5.5) (5.6) 6. SPEĊIFIKAZZJONIJIET

6.1 Speċifikazzjonijiet ġenerali

Il-komponenti tat-tagħmir għat-tnaqqis ta’ l-interferenza radju għandhom ikunu mfassla, mibnija u mwaħħla sabiex il-vettura tkun tista’, f’kundizzjonijiet normali ta’ l-użu, tikkonforma mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.

6.2 Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-interferenza radju

6.2.1 Metodu ta’ kejl

Ir-radjazzjoni li tinterferi li toħroġ mit-tip ta’ vettura sottomessa għall-approvazzjoni għandha titkejjel bil-mod deskritt fl-Anness II.

6.2.2 Limiti ta’ referenza

6.2.2.1 Il-limiti ta’ radjazzjoni bbażati fuq kejl quasi-peak għandhom ikunu 50 ¶V/m fil-banda ta’ frekwenza ta’ 40-75 MHz u 50-120 ¶V/m fil-banda ta’ frekwenza ta’ 75-250 MHz, dan il-limitu jiżdied b’mod lineari bil-frekwenzi ta’ ’l fuq minn 75 MHz

6.2.2.2 Jekk isir kejl b’tagħmir li jkejjel il-quċċata, il-qari, espresss f’ V/m, għandu jkun diviż b’ 10.

6.2.3 Fuq it-tip ta’ vettura sottomessa għall-approvazzjoni rigwrad it-tnaqqis ta’ l-interferenza tar-radju, il-valuri mkejla m’għandhomx ikun u anqas minn 20 fil-mija inqas mil-limiti ta’ referenza.

7. TESTIJIET

Il-konformità mar-rekwiżiti tal-partita 6 hawn fuq għandha tiġi ċċekkjata b’mod konformi mal-metodu muri fl-Anness II.

(8) 9. KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI

(9.1) 9.2 Meta l-konformità ta’ vettura meħuda mis-serje tkun qiegħda tiġi verifikata, il-produzzjoni tinftiehem li tikkonforma mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva jekk il-livelli mkejla ma jaqbżux il-limiti preskritti fil-partita 6.2.2 b’aktar minn 25%.

9.3 Jekk mill-inqas waħda mill-livelli mkejla fuq il-vettura meħuda mis-serje taqbeż il-limiti preskritti fil-partita 6.2.2 b’aktar minn 25%, il-fabbrikant jista’ jitlob li jittieħed kejl minn kampjun ta’ mill-inqas sitt vetturi meħuda mis-serje. Ir-riżultati għal kull banda ta’ frekwenza għandhom ikunu interpretati permezz tal-metodu statistiku muri fl-Anness III.

[1] Lt-test ta’ l-Annessi jikkorrispondi ma’ dak tar-Regolament Nru 10 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tal-ĠM; b’mod partikolari l-iskomponiment f’partiti huwa l-istess; għal din ir-raġuni, fejn partita tar-Regolament Nru 10 m’għandha l-ebda kontroparti f’din id-Direttiva, in-numru tagħha jingħata f’parentesi bħala token entry.

--------------------------------------------------

ANNESS II

METODU TA’ KEJL TA’ INTERFERENZA TAR-RADJU PRODOTT MINN SISTEMI TA’IGNITIONTA’ VULTAĠĠ GĦOLI

1. TAGĦMIR TA’ KEJL

It-tagħmir ta’ kejl għandu jikkonforma mal-ħtiġijiet ta’ Pubblikazzjoni Nru 2 (l-ewwel edizzjoni, 1961) tal-Kumitat Internazzjonali Speċjali dwar l-Interferenza tar-Radju (CISPR) jew fi ħdan l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli lil tagħmir ta’ kejl tat-tip tal-peak fil-Pubblikazzjoni Nru 5 tas-CISPR (l-ewwel edizzjoni, 1967).

Notament:

Fejn it-tagħmir disponibbli ma jilħaqx l-ispeċifikazzjonijiet kollha ta’ CISPR, id-diskrepanzi għandhom ikunu dikjarati b’mod ċar.

2. ESPRESSJONI TA’ RIŻULTATI

120

B

.

3. SIT TAL-KEJL

Is-sit ta’ kejl għandu jkun żona livellata libera minn uċuħ li jafu jirriflettu l-mewġ b’mod rilevanti fi ħdan elissi li għandha assi principali ta’ 20 m u assi minuri ta’ 17 73 m. L-antenna u ċ-ċentru tal-magna għandhom jinstabu fuq l-assi principali ta’ l-ellissi, il-pjan ta’ simetrija tal-vettura tkun paralleli ma’ l-assi minuri. L-antenna u l-punt ta’ intersezzjoni tal-ġenb tal-magna l-eqreb għall-antenna ma’ l-assi principali għandhom jinsabu f’punt fokali ta’ l-elissi. Is-sett ta’ kejl, jew il-kamra fejn isir it-test jew il-vettura li fiha jinsab is-sett, jistgħu jkunu fi ħdan l-elissi iżda orizzontalment mhux aktar viċin minn 3 m mill-antenna, f’direzzjoni opposta tal-vettura li qiegħda tiġi mkejla. Barra minn hekk, għandha tkun żgurata l-assenza ta’ kull ħoss jew sinjal estranju li jista’ jaffettwa l-kejl b’mod materjali; għalhekk issir investigazzjoni, bil-magna mitfija, qabel u wara li jittieħed il-kejl, li jistgħu jiġu kkunsidrati sodisfaċenti biss jekk il-qari huwa mill-inqas 10 dB ogħla mill-aktar wieħed għoli miksub fl-investigazzjonijiet ta’ qabel u ta’ wara l-kejl.

4. IL-VETTURA

4.1 It-tagħmir anċillari ta’ l-elettriku meħtieġ għall-ħidma tal-magna biss għandu jkun imqabbad biex jaħdem.

4.2 Il-magna għandha tkun qiegħda taħdem fit-temperatura normali tagħha. Waqt kull kejl, il-magna għandha titħaddem bil-mod li ġej:

Metodu ta’ kejl | Numru ta’cilindri ċilindri |

Peak | Quaisi-peak |

Wieħed | Aktar minn idling | 2500 d.f.m |

Aktar minn wieħed | Aktar minn idling | 1500 d.f.m |

4.3 M’għandu jittieħed l-ebda kejl waqt li tkun nieżla x-xita fuq il-vettura jew fi żmien 10 minuti wara li tkun waqfet ix-xita.

5. ANTENNA

5.1 Għoli

Iċ-ċentru tad-dipole għandu jkun 3 m ’il-fuq mill-art.

5.2 Distanza tat-kejl

Id-distanza orizzontali mill-antenna sa l-eqreb parti metallika tal-vettura għandha tkun ta’ 10 m.

5.3 I-pożizzjoni ta’ l-antenna relattiva għall-vettura

L-antenna għandha titqiegħed suċċessivament fuq in-naħat tax-xellug u tal-lemin tal-vettura, f’żewġ pożizzjonijiet ta’ kejl, bl-erjal paralleli mal-pjan ta’ simmetrija tal-vettura u bi dritt il-magna. (Ara l-Appendiċi lil dan l-Anness).

5.4 Pożizzjoni ta’ l-antenna

Għandu jittieħed kejl f’kull punt ta’ kejl bid-dipole f’pożizzjoni orizzontali u vertikali. (Ara l-Appendiċi għal dan l-Anness).

5.5 Kejl

Massimu ta’ erba’ kejlijiet għandu jittieħed bħala kejl karatteristiku fil-frekwenza li fiha jkun sar il-kejl.

6. FREKWENZI

Il-kejl għandu jsir fi ħdan il-varjetà minn 40 sa 250 MHz. Vettura tiġi kkunsidrata li probabilment tilħaq il-limiti ta’ trażżin fuq varjetà sħiħa ta’ frekwenzi jekk tilħaqhom fis-sitt frekwenzi li ġejjin: 45, 65, 90, 150, 180 u 220 (± 5 MHz). (It-tolleranza ta’ 5 MHz għas-sitt frekwenzi magħżula għandha tagħmilha possibbli sabiex tiġi evitata interferenza minn trasmissjonijiet li jitħaddmu fuq il-frekwenzi nominali).

--------------------------------------------------

ANNESS III

METODU STATISTIKU GĦALL-KONTROLL TAT-TNAQQIS TA’ L-INTERFERENZA RADJU

Sabiex wieħed jiżgura bi probabilita ta’ 80% li 80% tal-vetturi jikkonformaw ma’ limitu speċifikat L, għandha tintlaħaq il-kundizzjoni li ġejja:

x + kS

≤ L

n = 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 |

k = 1.42 | 1.35 | 1.30 | 1.27 | 1.24 | 1.21 | 1.20 |

Sn = devjazzjoni standard tar-riżultati fuq n vetturi

Sn2 ∑

/

n — 1

x = riżultat individwali

L = limitu speċifikat

x

- u L espress bħala dG (μV/m). | | | | |

Jekk l-ewwel kampjun ta’ n vetturi ma jilħaqx l-ispeċifikazzjoni, it-tieni kampjun ta’ n vetturi għandu jiġi ttestjat u r-riżultati totali jiġu evalwati daqs li kieku ġejjin minn kampjun ta’ 2n vetturi.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------