Official Journal L 285 , 29/12/1971 P. 0051 - 0051
Danish special edition: Series II Volume II P. 0032
English special edition: Series II Volume II P. 0031
Ir-Regolament (KEE) Nru 2823/71 tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1971 fuq is-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq inbid li joriġina fi u ġej mill-Marokk, mit-Tuneżija jew mit-Turkija IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 tal-istess; Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew; Billi, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 816/70 [1] tat-28 ta' April 1970 li jippreskrivi dispożizzjonijiet addizzjonali għall-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2504/71 [2], huwa mixtieq, fil-pendenza ta' arranġamenti definittivi, li jkunu stabbiliti arranġamenti proviżorji fir-rigward tal-Marokk, it-Tuneżija u t-Turkija biex tkun evitata interruzzjoni fl-esportazzjonijiet ta' inbid minn dawk il-pajjiżi; Billi dawk l-arranġamenti proviżorji, li għandhom ikunu uniformi għall-Komunità kollha, m'għandhomx jikkompromettu l-protezzjoni tas-suq tal-Komunità mogħtija mir-Regolamenti msemmija hawn fuq; billi sospenzjoni parzjali tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni bla ħsara għall-osservanza ta' prezz ta' referenza, tilħaq l-għan; Billi dawk l-arranġamenti proviżorji għandhom japplikaw għall-perjodu limitat biex jippermettu lit-Turkija li timplimenta Artikolu 11 ta' Anness 5 tal-Ftehim Proviżorju bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija u pajjiżi oħra li jadottaw arranġamenti definittivi, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Id-dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta' inbid ta' għeneb frisk li jaqa' fis-subintestatura Nru ex 22.05 tat-Tariffa Doganali Komuni, li joriġina fi u jiġi mill-Marokk, it-Tuneżija jew it-Turkija, għandu jammonta għall-60 % tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli fid-data ta' l-importazzjoni. 2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għadhom japplikaw biss jekk jitħarsu l-kundizzjonijiet provduti fit-tieni subparagrafu ta' Artikolu 9(3) tar-Regolament (KEE) Nru 816/70. Iżda, fl-applikazzjoni tas-subparagrafu msemmi hawn fuq, id-dazji tad-dwana applikati taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu sostitwiti ma' dawk murija fit-Tariffa Doganali Komuni. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1972. Għandu jgħodd sa mhux aktar tard sal-31 ta' Awissu 1972. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1971. Għall-Kunsill Il-President M. Pedini [1] ĠU L 99, tal-5.5.1970, p. 1. [2] ĠU L 261, tas-26.11.1971, p. 1. --------------------------------------------------