31971R2706



Official Journal L 280 , 21/12/1971 P. 0009 - 0009
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0061
Danish special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0868
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0061
English special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 1000
Greek special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0098
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 5 P. 0130
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 5 P. 0130


Ir-Regolament (KEE) Nru 2706/71 tal-Kummissjoni

ta’ l-20 ta’ Diċembru 1971

dwar il-metodu użat biex tiġi stabbilita attività peroxidase f’ċerti prodotti proċessati miċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill 120/67 KEE [1] tat-13 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1550/71 [2], u partikolarment l-Artikolu 16(6) tiegħu;

Billi l-ħlasijiet lura ta’ esportazzjoni għandhom jagħtu kont tal-kwalità tal-prodotti proċessati miċ-ċereali li jikkwalifikaw għalihom, biex jipprevjenu li fondi pubbliċi jintużaw biex jippromwovu l-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità inferjuri; billi, għal dan l-iskop, huwa meħtieġ li f’ċerti prodotti proċessati miċ-ċereali il-peroxidase għandu jintgħamel prattikament inattiv; billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet li taħthom jingħataw il-ħlasijiet lura fuq prodotti li jissodisfaw din il-ħtieġa, metodu tal-Komunità għandu jiġi preskritt biex tiġi stabbilita l-attività peroxidase;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fejn, għall-għanijiet ta’ l-għoti tal-ħlasijiet lura ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti proċessati miċ-ċereali, huwa speċifikat li l-peroxidase għandu jkun prattikament inattiv, din l-inattività għandha tiġi verifikata skond il-metodu deskritt fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 1971.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Franco M. Malfatti

[1] ĠU Ċ 117, 19.6.1967, p. 2269/67.

[2] ĠU L 164, 22.7.1971, p. 1.

--------------------------------------------------