31971R1842



Official Journal L 192 , 26/08/1971 P. 0014 - 0015
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0125
Greek special edition: Chapter 11 Volume 2 P. 0136
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0125
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0206
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 1 P. 0206


REGOLAMENT (KEE) Nru. 1842/71 TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Ġunju 1971

rigward miżuri ta' salvagwardja kif maħsuba mill-protokol addizzjonali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija kif ukoll mill-ftehim proviżorju bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li ra t-trattat li jwaqqaf l-Komunità Ekonomika Ewropea, partikolarment Artikolu 113,

Wara li ra l-proposta tal-Kummissjoni,

Waqt li kkunsidra li, fit-23 ta' Novembru 1970, kien iffirmat fi Brussel il-protokol addizjonali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija u li ftehim proviżorju bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u t-Turkija kien iffirmat fi Brussel fis-27 ta' Lulju 1971;

Waqt li kkunsidra illi, bl-applikazzjoni tal-klawsoli ta' salvagwardja kif maħsuba mit-trattat li jistitwixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, il-proċeduri li jridu jiġu segwiti huma ffissati fit-trattat stess;

Waqt li kkunsidra wkoll li jenħtieġ li jiġu definiti l-modalitajiet ta' kif ser tiġi applikata l-klawsola ta' salvagwardja kif maħsuba minn Artikolu 60 tal-protokol addizzjonali kif ukoll l-artikolu 23 tal ftehim proviżorju,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi biex tapplika fuq prodotti impurtati mit-Turkija dawk il-miżuri ta' salvagwardja li l-Komunità irriżervat għaliha nniffisha biex tadotta Artikolu 60 tal-protokol addizzjonali tal-Ftehim ta' assoċiazjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija kif ukoll Artikolu 23 tal-Ftehim proviżorju bejn Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, partikolarment l-irtirar temporanju, totali jew parzjali, tal-konċessjonijiet tariffarji u oħrajn, mogħtija mill-Komunità lit-Turkija.

Il-miżuri ta' salvagwardja iridu jiġu kkomunikati lill-Istati Membri u huma applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba ta' Stat Membru, din għandha tiddeċiedi l-kwistjoni fi żmien tlitt ijiem ta' xogħol minn meta tirċievi t-talba.

2. Kull Stat Membru jista' jibgħat lill-Kunsill il-miżura adotta mill-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mill-ġurnata tal-komunikazzjoni. Il-Kunsill jiltaqa mingħajr dewmien. Huwa jista', b maġġoranza kkwalifikata, jimmodifika jew jannulla l-miżura konċernati.

Artikolu 2

1. Ħlief għall-applikazzjoni ta' l-artikolu 1, il-Kummissjoni, sabiex iħalli lil Stat Membru li jaffronta t-tfixkil u d-diffikultajiet kif imsemmi f' Artikolu 60 tal-protokoll addizzjonali kif ukoll f' Artikolu 23 tal-Ftehim proviżorju, jista' jawtorizza lill-dak l-Istat Membru jieħu miżuri ta' salvagwardja.

Dawn il-miżuri, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati Membri kollha.

2. F'każ ta' urġenza, l-Istat jew l-Istati Membri interessati jistgħu jintroduċu restrizzjonijiet kwantitativi fuq l-importazzjoni. Huma għandhom jinnotifikaw dawn il-miżuri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra immedjatament.

Il-Kummissjoni tiddeċiedi, bi proċedura ta'urgenza u fi żmien massimu ta' hamest ijiem ta' xogħol min-notifika kif imsemmi fl-ewwel paragrafu, jekk il-miżuri għandhomx jinżammu, jkunu modifikati jew imneħħija.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tiġi nnotifikata lill-Istati Membri kollha. Din issir eżekuttiva minnufih.

3. Kull Stat Membru jista' jibgħat lill-Kunsill id-Deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni fi żmien massimu ta' għaxart ijiem ta' xogħol li jibdew jiddekorru min-notifika. Il-Kunsill jiltaqa' mingħajr dewmien. Huwa jista' jimmodifika jew jannulla, b'maġġoranza kwalifikata, id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tiġi sospiża meta l-Kunsill jintalab mill-Istat Membru li adotta miżuri konformi mal-paragrafu 2. Din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ tletin ġurnata wara li l-Kunsill ikun mitlub, f'każ li huwa jkun għadu ma mmodifikax jew annulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

4. Fl-applikazzjoni ta' dan l-artikolu, għandhom ikunu magħżula, b'ordni ta' prijorità, il-miżuri li huma kapaċi jipprovokaw l-inqas taqlib possibbli fil-funzjoni tas-suq komuni.

Artikolu 3

1. Qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja skond Artikolu 1, paragrafu 1, sabiex jawtorizzaw Stat Membru jadotta miżuri bħal dawn jew li jippronunċaw ruħhom dwar miżuri adottati mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri interessati fl-applikazzjoni ta' Artikolu 2, paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni tipproċedi b'konsultazzjoni.

2. Tali konsultazzjoni tiżvolġi ġewwa Kumitat konsultiv, magħmul minn rappreżentanti ta' kull Stat Membru u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

3. Il-Kumitat jiltaqa' fuq sejħa tal-president tiegħu. Dan jikkomunika lill-Istati Membri, fl-iqsar żmien possibili, l-elementi kollha ta' informazzjoni utili.

Artikolu 4

Id-dispożizzjonijiet ta' Artikoli 1 u 2 ma jaffettwawx l-applikazzjoni tal-klawsoli ta' salvagwardja previsti mit-trattat, partikolarment Artikoli 108 u 109, skond il-proċeduri previsti minnhom.

Artikolu 5

Dan ir-regolament ma jikkuntrastax l-applikazzjoni integrali tar-regolamenti relativi għall-organizzazjoni komuni tas-swieq agrikoli; id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 2 ma japplikawx għall-prodotti li jaqgħu taħt l-applikazzjoni tar-regolamenti mmsemmija.

Artikolu 6

In-notifika tal-Komunità lill-kunsill ta' assoċjazzjoni jew l-organu tat-tmexxija tal-ftehim proviżorju, previst minn Artikolu 60, paragrafu 2, tal-protokol addizzjonali kif ukoll minn Artikolu 23, paragrafu 2, tal-ftehim proviżorju effettwata mill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 2, paragrafi 2 u 3, jibqgħu applikabbli sal-31 ta' Diċembru 1972.

Qabel din id-data, il-Kunsill, fil-waqt li jaħdem fuq proposta tal-Kummissjoni b'maġġoranza kwalifikata, jiddeċiedi dwar l-adattamenti li jkun hemm bżonn jinġiebu.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul il-Lussemburgu, fil-21 ta' Ġunju 1971.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SCHUMANN

Informazzjoni relativa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim interinali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija

Il-ftehim interinali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija li l-Kunsill ikkonkluda permezz ta' dan ir-regolament (KEE) nru. 1232/71 tas-7 ta' Ġunju 1971(1), ġie ffirmat fi Brussel fis-27 ta' Lulju 1971, f'isem il-gvern tar-Repubblika tat-Turkija, mis-sin. Osman Olcay, Ministru ta' l-affarijiet barranin tar-Repubblika tat-Turkija u f'isem il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej mis-sin. Aldo Moro, Ministru ta' l-affarijiet barranin tar-Repubblika Taljana u President tal-Kunsill, u mis-sin. Franco Maria Malfatti, President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

Minħabba l-partijiet kontrajenti għall-Ftehim ipproċedew fl-20 t'Awwissu 1971 għan-notifika għat-twettieq tal-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, dan tal-aħħar ser jidħol fis-seħħ, skond Artikolu 26, fl-1 ta' Settembru 1971.

_________________________

(1) ĠU L 130 tas-16.6.1971, pag. 1.

Proofread by Stephen Zammit