31971R1592



Official Journal L 166 , 24/07/1971 P. 0039 - 0039
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 1 P. 0022
Danish special edition: Series I Chapter 1971(II) P. 0517
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 1 P. 0022
English special edition: Series I Chapter 1971(II) P. 0577
Greek special edition: Chapter 02 Volume 1 P. 0135
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 1 P. 0100
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 1 P. 0100


Ir-Regolament (KEE) 1592/71 tal-Kummissjoni

tat-23 ta' Lulju 1971

fuq il-klassifikazzjoni ta' oġġetti taħt l-intestatura Nru 68.08 tat-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 97/69 [1] tas-16 ta' Jannar 1969 fuq miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, u partikolarment Artikolu 3 tieghu;

billi t-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1/71 [2] tas-17 ta' Diċembru 1970, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1528/71 [3] tat-12 ta' Lulju 1971, tirriferi taħt l-intestatura 48.07, fost oħrajn għall-karta u kartonċina bil-qatran, bitumizzata, asfaltata rafforzata jew le, kemm jekk miksija bir-ramel jew prodotti simili jew le, fir-rollijiet jew folji, u taħt l-intestatura 68.08 għall-artikoli ta' l-asfalt jew ta' materjal simili (per eżempju, ta' bitumi miż-żejt, jew żejt tal-faħam);

Billi fir-Regolament (KEE) Nru 1203/70 [4] tas-26 ta' Ġunju 1970 il-Kummissjoni adottat dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni biex ikun iffissat kriterju għall-klassifikazzjoni ta' l-artikoli in kwistjoni; billi l-kriterju hemm imsemmi kien bażat fuq il-piż totali ta' dawn l-artikoli, il-limitu kien iffissat f'3000 gramma kull metru kwadru;

billi l-esperjenza wriet li l-kriterju fuq imsemmi ma jħallix li jitqies biżżejjed il-materjal li jagħti lill-artikoli in kwistjoni il-karattru essenzjali tagħhom; billi fid-dawl ta' żviluppi tekniċi ġodda fil-manifattura ta' dawk il-prodotti, kriterji oħra ta' klassifikazzjoni għandhom jitfittxu li jikkorrespondu aktar mill-qrib mal-fatti ekonomiċi u għall-funzjoni speċifika ta' l-artikoli in kwistjoni;

Billi huwa xieraq li jkun determinat jekk dawk il-prodotti, minħabba t-trattament li ġarbu, tilfux jew le l-karattru tagħhom ta' artikoli li jaqgħu fil-Kapitolu 48; billi, bis-saħħa tar-Regola Ġenerali 3 (b) għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, prodotti għandhom jitqiesu li tilfu il-karattru tagħhom ta' artikoli li jaqgħu fil-Kapitolu 48 meta l-bażi tagħhom, kemm jekk imbevuti jew le bl-asfalt jew prodott simili, hija miksija miż-żewġ naħat b'kisja ta' dak il-materjal jew hija mgħaddsa fl-istess materjal;

Billi, biex ikun applikat l-kriterju fuq imsemmi, ir-Regolament (KEE) Nru 1203/70 għandu jitħassar;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat fuq in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Materjali ta' għata (partikolarment għall-bjut) f'rollijiet jew fil-forma ta' pjanċi jew folji, kemm jekk maqtugħa f'daqs jew għamla speċjali (bħal madum tal-bjut jew shingle-board), li jikkonsistu minn bażi tal-karta jew felt tal-bjut, kemm jekk imbevuti bl-asfalt jew prodott ieħor jew le, imma miksijin fuq iż-żewġ naħħat b'kisja ta' dak il-materjal jew mgħaddsa fl-istess materjal, kemm jekk miksija b'sostanzi minerali (ramel, deffun, ġebel, eċċ), jew b'naħa minnhom miksija b'kisja irqieqa ta' metall (ramm u aluminju partikolarment), għandhom jaqgħu taħt l-intestatura tat-Tariffa Doganali Komuni Nru:

68.08 | Artikoli ta' asfalt jew materjal simili (per eżempju, bitumi taż-żejt jew żejt tal-faħam) |

Artikolu 2

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1203/70 tas-26 ta' Ġunju 1970 huwa b'dan imħassar. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tmien ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, fit-23 ta' Lulju 1971.

Għall-Kummissjoni

Franco M. Malfatti

Il-President

[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

[2] ĠU L 1, ta' l-1.1.1971, p. 1.

[3] ĠU L 162, ta' l-20.7.1971, p. 1.

[4] ĠU L 140, tas-27.6.1970, p. 15.

--------------------------------------------------