31971R0802



Official Journal L 088 , 20/04/1971 P. 0008 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0188
Danish special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0214
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0188
English special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0238
Greek special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0182
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 4 P. 0177
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 4 P. 0177


Ir-Regolament (KEE) Nru 802/71 tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ April 1971

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 316/68 li jiffissa l-istandards ta’ kwalità għall-fjuri maqtugħin friski u weraq frisk għat-tiżjin

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 [1] tas-27 ta’ Frar 1968 dwar twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fis-siġar ħajjin u pjanti oħrajn, basal tal-fjuri, għeruq u u oġġetti bħalhom, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi t-Taqsima VI "Imballaġġ u Preżentazzjoni" ta’ l-Anness I li jinsab mar-regolament (KEE) Nru 316/68 [2] tipprovdi li l-unità ta’ preżentazzjoni trid tikkonsisti f’5, 10 jew multipli ta’10 biċċiet minbarra fjuri normalment mibjugħin weħidhom jew dawk normalment mibjugħin bil-piż;

Billi l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma tippermettix lill-bejjiegħa tal-prodotti in kwistjoni li jissodisfaw fis-sħiħ ir-rekwiżti ta’ ċerti xerrejja li jixtiequ jkollhom unitajiet ta’ preżentazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom; billi, għaldaqstant, l-istandards ta’ kwalità għandhom ikunu aġġustati biex jingħata kont tar-rekwiżiti ġodda tan-negozju;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Pjanti Ħajjin,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

1. "Unità ta’ preżentazzjoni (qattgħa, bukkett, kaxxa u affarijiet simili) iridu jikkonsistu f’5, 10 jew multipli ta’ 10 biċċiet.

(a) Iżda din ir-regola ma’ tapplikax għal:

(b) fjuri li normalment jinbiegħu bil-waħda,

(ċ) fjuri li normalment jinbiegħu bil-waħda,

- fjuri li normalment jinbiegħu bl-użin, fjuri li għalihom ix-xerrej u l-bejjiegħ jaqblu espressament li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet dwar in-numru ta’ fjuri f’unità ta’ preżentazzjoni. Din id-deroga hija ammissibbli unikament għat-transazzjonijiet barra mis-swieq tal- bejgħ bl-ingrossa bil-kondizzjoni li

- l-oġġetti huma s-suġġett ta’ bejgħ dirett, ibbażat fuq prezz ta’ bejgħ fiss għal kull unità ta’ preżentazzjoni, fil-livell ta’ bejgħ bl-ingrossa lil bejjiegħ bl-imnut jew lil persuna li tkun qed taġixxi għall-bejjiegħ bl-imnut,

- l-oġġetti jkunu akkumpanjati minn kont, nota ta’ konsenja jew dokument simili li juri l-prezz tal-bejgħ imsemmi hawn fuq, l-unità ta’ preżentazzjoni tkun fl-ippakkjar mitlub mill-bejjiegħ għax-xerrej aħħari. Dan l-ippakkjar għandu jkun tali li jippermetti l-identifikazzjoni ta’ l-oġġetti."

2. "F. Preżentazzjoni

Jekk in-numru ta’ fjuri għal kull unità ta’ preżentazzjoni ma jaqbilx mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima IV A, l-ippakkjar irid ikun immarkat biex juri l-kompożizzjoni eżatta ta’ l-unità ta’ preżentazzjoni li jkunu jinsabu fihom."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ April 1971.

Għall-Kummissjoni

Franco M. Malfatti

Il-President

[1] ĠU L 55, tat-2.3.1968, p. 1.

[2] ĠU L 71, tal-21.3.1968, p. 8.

--------------------------------------------------