31971L0319



Official Journal L 202 , 06/09/1971 P. 0032 - 0036
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0033
Danish special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0662
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0033
English special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0740
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0170
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0048
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0048


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-26 ta’ Lulju 1971

dwar it-taqrib tal-liet ta’ l-Istati Membri dwar meters għal likwidi għajr għall-ilma

(71/319/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Billi fl-Istati Membri, il-kostruzzjoni u l-metodi ta’ kontroll tal-meters tal-likwidi huma soġġetti għal disposizzjonijiet mandatarji li huma differenti minn Stat Membru għal ieħor u konsegwentement ifixklu l-kummerċ ta’ dawn l-istrumenti; billi huwa għalhekk meħtieġ li dawn id-disposizzjonijiet jiġu mqarrba;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 [3] dwar it-taqrib tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar id-disposizzjonijiet kemm għal strumenti ta’ tikjil kif ukoll għal metodi ta’ kontroll metroloġiku stabbiliet l-approvazzjoni tad-disinn tal-KEE u l-proċeduri ta’ verifika inizzjali tal-KEE; billi, b’mod konformi ma' dik id-Direttiva, il-ħtiġiet tekniċi għad-disinn u t-tħaddim ta’ meters volumetriċi għal likwidi għajr għall-ilma għandhom jiġu stabbiliti;

Billi, sabiex jiġi żgurat li dawn l-istrumenti jkunu jistgħu jintużaw direttament f'sistemi ta’ tikjil ta' likwidi, it-taqrib tad-disposizzjonijiet nazzjonali dwar l-iżbalji massimi permissibbli għal assemblaġġi bħal dawn għandu jsir minnufih;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għal meters volumetriċi għal likwidi għajr għall-ilma, li fihom il-likwidu jikkawża l-moviment ta’ ħitan mobbli ta’ kmamar ta’ tikjil u li jippermettu t-tikjil ta’ kull volum.

Artikolu 2

1. "Meter volumetriku għal likwidi" ifisser strument magħmul biss minn tagħmir ta’ tikjil u tagħmir ta’ indikazzjoni. Ġeneralment jifforma parti mis-sitema ta’ tikjil.

2. "Sistema ta’ tikjil għal likwidi" tfisser strument ta’ tikjil li jinkludi, apparti mill-meter innifsu u t-tagħmir anċillari li jista’ jkun assoċjat miegħu, it-tagħmir kollu meħtieġ sabiex jiġi żgurat tikjil korrett u kull tagħmir li jkun ġie miżjud sabiex, b’mod partikolari, jiffaċilita l-operazzjonijiet. Is-sistemi ta’ tikjil għandhom ikunu s-suġġett ta’ direttiva separata.

Artikolu 3

Dawk il-meters volumetriċi li jista’ jkollhom il-marki u simboli tal-KEE huma deskritti fil-Kapitolu I ta’ l-Anness. Għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tad-disinn tal-KEE u għandhom jiġu sottomessi għall-verifika tal-bidu tal-KEE taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1 u 2 ta’ l-Anness II għad-Direttiva dwar it-taqrib tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar id-disposizzjonijiet kemm għall-istrumenti ta’ tikjil kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku, u taħt il-kondizzjonijiet li sejrin jiġu stabbiliti bid-direttiva separata dwar l-assemblaġġi ta’ tikjil.

Artikolu 4

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta, jipprojbixxi jew jirristrinġi t-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ meters volumetriċi għal likwidi għajr għall-ilma li fihom is-simbolu ta’ l-approvazzjoni tad-disinn tal-KEE u l-marka tal-verifika tal-bidu tal-KEE.

Artikolu 5

Meta assemblaġġi ta’ tikjil għal likwidi li jinkorporaw meters volumetriċi għal likwidi li juru l-marki u s-simboli tal-KEE huma soġġetti għall-verifika tal-bidu, l-iżbalji massimi permissibbli għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ l-Anness.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifikazzjoni tagħha u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-testijiet tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu kkommunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, is-26 ta’ Lulju 1971.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Moro

[1] ĠU Nru L 25, 28.2.1970, p. 76.

[2] ĠU Nru C 26, 4.3.1970, p.2.

[3] ĠU Nru L 202, 6.9.1971, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

KAPITOLU I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL METERS GĦAL LIKWIDI GĦAJR GĦALL-ILMA

1. Definizzjonijiet

1.1. "Forniment minimu" ifisser l-iżgħar volum ta’ likwidu li jista’ jiġi mkejjel minn disinn partikolari.

1.2. "Volum ċikliku" ifisser il-volum ta’ likwidu li jikkorrispondi għaċ-ċiklu operattiv tat-tagħmir ta’ tikjil, li jfisser il-movimenti kollha li fi tmiemhom, il-partijiet interni tat-tagħmir ta’ tikjil li jiċċaqilqu kollha jirritornaw, għall-ewwel darba, fil-pożizzjoni oriġinali tagħhom.

1.3. "Varjazzjoni perjodika" tfisser id-differenza massima, waqt ċiklu wieħed ta’ xogħol, bejn il-volum spostat mill-komponenti li jiċċaqilqu u l-volum li jikkorrispondi muri mill-indikatur, dan ta’ l-aħħar ikun imqabbad mat-tagħmir ta’ tikjil mingħajr laxq jew żlieq u b’tali mod li jindika fl-aħħar taċ-ċiklu u għal dan iċ-ċiklu volum daqs il-volum ċikliku. Din id-differenza tista’ tiġi mnaqqsa b’tagħmir ta’ kalibrar xieraq.

2. Mekkaniżmi indikattivi

2.1. Il-meters għandhom jinkorporaw mekkaniżmu indikattiv li juri l-volum imkejjel f’ċentimetri jew millimetri kubi, deċimetri u litri kubi jew metri kubi.

2.2. F’mekkaniżmu indikattiv li għandu element wieħed jew aktar, dak li huwa mmarkat bl-iżgħar intervall ta’ skala huwa msejjaħ l-"ewwel element".

2.3. Id-drive bejn il-mekkaniżmu indikattiv u t-tagħmir ta’ tikjil għandu jkun affidabbli, b’saħħtu u effetwat permezz ta’ konnessjoni mekkanika jew b’tagħmir b’kalamita permanenti.

2.4.1. Il-qari ta’ l-indikazzjonijiet għandu jkun affidabbli, faċli u mhux ambigwu.

2.4.2. Jekk il-mekkaniżmu indikattiv jinkorpora ħafna elementi, il-mekkaniżmu indikattiv kollu kemm hu għandu jkun magħmul b’mod li l-qari ta’ l-indikazzjoni ikun jista' jsir bi tqabbil (juxtaposition) ta’ l-indikazzjonijiet ta’ l-elementi differenti.

2.5. Il-kapaċità massima tal-mekkaniżmu indikattiv għandha tkun tal-forma 1 × 10n, 2 × 10n jew 5 × 10nunits awtorizzati ta’ volum, n ikun numru sħiħ pożittiv jew negattiv, jew żero.

2.6. Il-moviment ta’ element jista' jkun jew kontinwu jew mhux kontinwu.

2.7. Meta l-parti li tiċċaqlaq ta’ element ikollha moviment kontinwu, skala gradwata u marka ta' datum għandhom jippermettu li l-kwantità mkejla tiġi stabbilita għal kull pożizzjoni li fiha jaf jieqaf l-element.

2.8. Intervalli ta’ skala fuq l-ewwel element għandhom ikunu fil-forma 1 × 10n, 2 × 10n jew 5 × 10nunits awtorizzati ta’ volum.

2.9. Għajr għall-element li jikkorrispondi għall-kapaċità massima tal-mekkaniżmu indikattiv, il-valur ta’ dawra waħda ta’ l-element għandha tkun fil-forma 10n units awtorizzati, meta l-iskala gradwata fuq din il-unit tkun tidher għal kollox.

2.10. Meta element ikun magħmul minn skala fissa tonda u werrej li jdur, id-direzzjoni tar-rotazzjoni ta’ dan il-werrej għandha tkun favur l-arloġġ.

2.11. Fuq mekkaniżmu indikattiv li għandu ħafna elementi, kull dawra tal-parti li tiċċaqlaq ta’ l-elementi li l-gradwazzjoni tagħhom tidher għal kollox għandha tikkorrispondi għall-valur ta’ l-intervall ta’ l-iskala ta’ l-element li jkun imiss.

2.12. Fuq mekkaniżmu indikatur b'bosta elementi, l-indikazzjoni ta’ element b’moviment mhux kontinwu, għajr l-ewwel element, għandu jersaq 'il quddiem b’figura waħda waqt li l-element ta’ qabel għandu jiċċaqlaq mhux aktar minn wieħed f’għaxra tad-dawra tiegħu. Dan il-moviment 'il quddiem għandu jieqaf meta l-element ta’ qabel jindika żero.

2.13. Meta mekkaniżmu indikatur ikollu bosta elementi u meta l-keffa ta’ l-iskala tat-tieni element u l-elementi sussegwenti biss ikun jidher fit-twieqi, il-moviment ta’ l-aħħar elementi għandu jkun mhux kontinwu. Il-moviment ta’ l-ewwel element jista' jkun jew kontinwu jew mhux kontinwu.

2.14. Jekk l-indikazzjoni tingħata b’figuri f’linja u jekk il-moviment ta’ l-ewwel element ikun mhux kontinwu, l-immarkar ta’ wieħed jew aktar miż-żerijiet fissi lejn il-lemin ta’ dan l-element huwa permissibbli.

2.15. Meta l-ewwel element ikollu jidher biss prozjon mill-iskala tiegħu f’tieqa u jkollu moviment kontinwu, jista’ jirriżulta f’ambigwità fil-qari li għandu jkun eliminat safejn huwa possibbli. Għal dan l-għan, u sabiex ikun jista' jsir qari permezz interpolazzjoni, it-tieqa relevanti għandu jkollha, parallel għall-moviment ta’ l-iskala, dimensjoni ta’ mhux anqas minn 1 75 darba d-distanza bejn il-linji fiċ-ċentru ta’ żewġ marki ta’ gradwazzjoni nnumerati konsekuttivament, b’tali mod li mill-inqas żewġ marki ta’ gradwazzjoni li waħda minnhom ikollha figura, ikunu dejjem jidhru. It-tieqa tista' tkun assimmetrika relattiva mal-marka tad-datum.

2.16. Fuq skali li għandhom marki ta’ gradwazzjoni, il-marki għandhom ikollhom l-istess ħxuna, kostanti matul il-marka, li ma għandhiex tkun aktar minn kwart tad-distanza bejn il-linji taċ-ċentru ta’ żewġ marki konsekuttivi.

Għandha ssir distinzjoni bejn marki li jikkorrispondu għal 1 × 10n, 2 × 10n jew 5 × 10nunits awtorizzati biss mid-differenza fit-tul tagħhom.

2.17. Id-distanza attwali jew apparenti bejn l-assi ta’ żewġ marki ta’ gradwazzjoni konsekuttivi ma għandhiex tkun inqas minn 2 millimetri.

2.18. L-għoli attwali jew apparenti tal-figuri ma għandux ikun anqas minn 4 millimetri.

3. Tagħmir ta’ kalibrari

3.1. Il-meters għandhom jinkorporaw tagħmir ta’ kalibrar li jista’ jvarja r-relazzjoni bejn il-volumi indikati u attwali ta’ likwidu għaddej mill-meter.

3.2. Meta dan it-tagħmir ibiddel din ir-relazzjoni b'mod mhux kontinwu, iż-żidiet konsekuttivi ta’ din ir-relazzjoni ma għandhom qatt ikunu differenti b’akar minn 07002.

3.3. Regolament permezz ta’ arranġament sekondarju (bypass) fuq il-meter huwa projbit.

4. Kondizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-forniment minimu

4.1. Il-forniment minimu għandu jkun tant li kull wieħed mill-valuri li ġejjin ma għandhomx ikunu aktar mill-iżball massimu permissibbli għal dan il-forniment kif speċifikat fil-punti 2 u 3 tal-Kapitolu II:

1. il-volum li jikkorrispondi għal moviment ta’ 2 millimetri ta’ l-iskala ta’ l-ewwel element tal-mekkaniżmu indikatur u għal wieħed f’ħamsa tal-valur ta’ l-intervall ta’ l-iskala, meta l-ewwel element ikollu moviment kontinwu;

2. il-volum li jikkorrispondi għal żewġ movimenti konsekuttivi tal-figuri meta l-ewwel element ikollu moviment mhux kontinwu;

3. l-iżball li, taħt kondizzjonijiet ta' tħaddim normali, huwa kkawżat minn laxq jew żlieq fid-drive bejn it-tagħmir ta’ tikjil u l-ewwel element tal-mekkaniżmu indikatur;

4. darbtejn il-varjazzjoni perjodika.

4.2. Fid-determinazzjoni ta’ dan il-forniment minimu, għandu jingħata kas ukoll, fejn meħtieġ, ta’ l-effett tal-komponenti addizzjonali fuq it-tagħmir ta’ tikjil, b’mod konformi mal-ħtiġiet mistqarra fid-direttiva li tikkonċerna dan it-tagħmir.

4.3. Il-forniment minimu għandu jkun fil-forma 1 × 10n, 2 × 10n jew 5 × 10nunits awtorizzati, n ikun numru sħiħ pożittiv jew negattiv, jew żero.

5. Rati ta’ ċirkolazzjoni massimi u minimi

5.1. Ir-rati ta’ ċirkolazzjoni massimi u minimi huma speċifikati fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni skond ir-riżultati miksubin waqt l-eżami. Il-meter għandu jkun kapaċi jaħdem għal perjodu definit speċifikat fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni, f’bejn wieħed u ieħor ir-rata ta’ ċirkolazzjoni tiegħu mingħajr ma juri xi bidla li wieħed jinduna biha malajr fil-kwalitajiet ta’ tikjil tiegħu.

5.2. Il-proporzjon bejn ir-rati ta’ ċirkolazzjoni massimi u minimi għandhom ikunu ugwali għal mill-inqas 10 għall-meters in ġenerali u għall-5 għall-gassijiet illikwidifikati.

6. Effett tan-natura tal-likwidu, ta’ temperatura u ta’ pressjoni

6.1. Iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ meter għandu jispeċifika l-likwidu jew il-likwidi li għalihom huwa maħsub il-meter, il-limiti tat-temperaturi għal-likwidu li għandhom jiġu mkejla fejn dawn il-limiti jkunu taħt l--10 °Ċ jew aktar minn + 50 °Ċ, kif ukoll il-pressjoni massima tax-xogħol.

6.2. L-eżaminazzjoni mwettqa għall-għan li jiġi approvat mudell ta’ meter għandha turi li l-varjazzjonijiet fl-iżball minħabba varjazzjonijiet massimi fil-karatteristiċi tal-likwidi, għall-pressjoni u t-temperatura tal-likwidu, fi ħdan il-limiti li għandhom jiġu speċifikati fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni, ma għandhomx ikunu aktar, għal kull wieħed minn dawn il-fatturi, minn nofs il-valuri mistqarra fil-punti 1, 2 u 3 tal-Kapitolu II.

7. Żbalji massimi permissibbli fuq meter waħdu

7.1. Meta l-verifika tal-bidu ta’ sistema ta’ tikjil tkun preċeduta minn eżaminazzjoni metroloġika tal-meter waħdu, fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3, l-iżbalji massimi permissibbli fil-ħin ta’ din l-eżaminazzjoni huma ugwali għal nofs l-iżbalji massimi permissibbli speċifikati fil-punti 1, 2 u 3 tal-Kapitolu II iżda mhux anqas minn 0 73% tal-kwantità mkejla, jekk il-likwidu użat ikun l-istess li għalih huwa maħsub il-meter.

7.2. Iżda, jekk il-preċiżjoni tat-tikjil ma tkunx suffiċjenti sabiex tippermetti l-applikazzjoni ta’ din il-ħtieġa, iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni jista' jżid l-iżbalji massimi permissibbli, fil-limiti ta’ dawk speċifikati fil-punti 1, 2 u 3 tal-Kapitolu II.

7.3. Barra minn hekk, iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni jista’ jnaqqas u/jew ivarja l-iżbalji massimi permissibbli fejn il-verifika li hemm referenza għaliha hawn fuq ssir jew b’wieħed biss mil-likwidi li għalihom hemm provdut jew b’likwidu differenti.

Fl-aħħar każ (li jfisser meta l-likwidu użat fil-verifika huwa differenti minn dak li għalih huwa maħsub il-meter), iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni jista’ jispeċifika r-rati ta’ ċirkolazzjoni waqt l-ittestjar f’rati għajr minn dawk li jinsabu bejn ir-rati ta’ ċirkolazzjoni minimi u massimi.

8. Tifsir

8.1. Kull meter għandu jkollu fuqu, b'mod li jinqara u li ma titħassarx, jew fuq l-arloġġ tal-mekkaniżmu indikatur jew fuq pjanċa speċjali, l-informazzjoni li ġejja:

(a) is-simbolu ta’ l-approvazzjoni tad-disinn tal-KEE

(b) il-marka ta’ identifikazzjoni jew l-isem tal-manifattur

(ċ) id-deskrizzjoni tal-manifattur, jekk hemm

(d) in-numru tas-serje tal-meter u s-sena ta’ manifattura

(e) il-volum ċikliku

(f) ir-rati taċ-ċirkolazzjoni massimi u minimi

(g) il-pressjoni massima tax-xogħol.

(h) il-medda tat-temperatura fejn il-likwidu jista’ jitkejjel f’temperatura taħt l- -10° Ċ jew 'il fuq minn + 50 °Ċ

(i) in-natura tal-likwidu jew tal-likwidi li għandhom jitkejlu u l-limiti tal-viskożità, ċinematika jew dinamika, fejn indikazzjoni waħidha tan-natura tal-likwidu mhijiex biżżejjed sabiex tiddetermina l-viskożità tiegħu.

8.2. Il-punti li ġejjin għandhom ikunu mmarkati b’mod li jidher fuq l-arloġġ tal-mekkaniżmu indikattiv:

(a) il-unit li fih huma espressi l-volumi mkejla jew is-simbolu għal dan il-unit,

(b) il-forniment minimu.

8.3. Fejn hemm possibbiltà ta’ ambigwità, id-direzzjoni tal-moviment tal-likwidu għandha tkun indikata bi vleġġa fuq il-kisi tal-meter.

8.4. Fuq meters li jkejlu likwidi tajbin għax-xorb u li jistgħu jiżżarmaw, in-numru tas-serje jew l-aħħar tliet figuri ta’ dan in-numru għandhom jiġu rripetuti fuq il-partijiet li l-bidla tagħhom tista’ taffettwa t-tikjil tar-riżultati.

8.5. Il-mekkaniżmu indikattiv jista’ jkollu fuqu deskrizzjoni speċjali u numru ta' identifikazzjoni.

9. Tqegħid ta’ siġilli u marki ta’ verifika

9.1. It-tagħmir ta’ siġill għandu jipprevjeni aċċess lill-partijiet li jistgħu jbiddlu l-kalibrar u, iż-żarmar, anke parzjalment, tal-meter fejn dan iż-żarmar ma jkunx awtorizzat fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni (meters li jkejlu likwidi tajbin għax-xorb u li jistgħu jiżżarmaw).

9.2. Għandu jkun ipprovdut lok sod fuq parti essenzjali, li jkun jidher mingħajr il-bżonn li jiżżarma, fuq it-tagħmir ta’ tikjil, fuq il-mekkaniżmu indikatur jew fuq il-kisi tagħhom għall-applikazzjoni tal-marka ta’ verifika tal-KEE.

9.3. Iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni jista’ jeħtieġ lokazzjoni għall-applikazzjoni ta’ timbru fuq komponenti li jistgħu jiġu mibdula b'wieħed ma' ieħor ta’ meters li jistgħu jiżżarmaw, maġenb in-numru tas-serje li hemm referenza għalih fil-punt 8.4 f’dan il-Kapitolu.

KAPITOLU II

ŻBALJI MASSIMI PERMISSIBBLI FUQ SISTEMI TA’ TIKJIL

1. Fejn meter ikun inkorporat f’sistema ta’ tikjil, l-iżbalji massimi permissibbli, f’eċċess jew f'nuqqas, fil-verifika tal-bidu ta’ din is-sistema, taħt il-kondizzjonijiet normali tax-xogħol u fi ħdan il-limiti tax-xogħol speċifikati fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni, huma stabbiliti permezz tat-tabella li ġejja, f’termini tal-kwantitajiet imkejla:

Kwantitajiet imkejla | Żbalji massimi permissibbli |

Minn 0.02 sa 0.1 litri | 2 ml |

Minn 0.1 sa 0.2 litri | 2% tal-kwantità mkejjla |

Minn 0.2 sa 0.4 litri | 4 ml |

Minn 0.4 sa 1 litru | 1% tal-kwantità imkejjla |

Minn 1 sa 2 litri | 10 ml |

2 litri jew aktar | 0.5% tal-kwantità mkejjla |

2. Iżda, l-iżball minimu permissibbli fuq il-forniment massimu huwa d-doppju tal-valur stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu II u, tkun xi tkun il-kwantità mkejla, l-iżball massimu permissibbli ma huwa qatt inqas minn dak permess għall-forniment minimu.

3. Minħabba diffikultajiet li jinsabu fil-faċilitajiet tat-test, l-iżbalji massimi permissibbli huma d-doppju ta’ dawk mogħtija fil-punti 1 u 2 tal-Kapitolu II fejn dawn huma applikabbli għat-tagħmir ta’ tikjil għall-gassijiet likwidi jew likwidi oħra mkejla f’temperatura taħt l- -10 °Ċ jew 'il fuq minn +50 °Ċ, kif ukoll għal tagħmir li għalih ir-rata ta’ ċirkolazzjoni minima mhijiex aktar minn litru fis-siegħa.

4. Jekk, fil-verifika tal-bidu, l-iżbalji huma kollha ta’ l-istess sens, mill-inqas wieħed fosthom ma għandhux jaqbeż il-limiti stabbiliti fil-punt 7.1 tal-Kapitolu I.

--------------------------------------------------