31971L0140



Official Journal L 071 , 25/03/1971 P. 0016 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0163
Danish special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0149
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0163
English special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0166
Greek special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0144
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 4 P. 0150
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 4 P. 0150


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-22 ta' Marzu 1971

li temenda d-Direttiva tad-9 ta' April 1969 dwar il-marketing tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli

(71/140/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu;

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew;

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

Billi huwa meħtieġ illi jiġu emendati ċerti disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tad-9 ta' April 1968 [1] dwar il-marketing tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1388/70 [2] tat-13 ta' Lulju 1970 dwar ir-regoli ġenerali għall-klassifika tal-varjetajiet tad-dwieli jistabbilixxi disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kultivazzjoni tal-varjetajiet tad-dwieli f'ċerti reġjuni;

Billi, għalhekk, għandu jiġi mmarkitjat biss il-materjal tal-propagazzjoni tal-varjetajiet li l-kultivazzjoni tagħhom hija awtorizzata fi Stat Membru mingħajr restrizzjoni f'dan l-Istat;

Billi mhux aktar meħtieġ, għalhekk, illi tiġi stabbilita lista komuni tal-varjetajiet li tagħti l-varjetajiet kollha li minnhom il-materjal tal-propagazzjoni jista' jiġi mmarkitjat b'mod ħieles fil-Komunità;

Billi għadu meħtieġ, madankollu, għal kull Stat Memrbu li jibni katalgu tal-varjetajiet aċċettati għaċ-ċertifikazzjoni, u sabiex jikkontrolla l-materjal standard fit-territorju tiegħu;

Billi għandhom jintużaw regoli uniformi għalbiex jiġu kkompilati dawn il-katalgi sabiex il-varjetajiet aċċettati jkunu magħrufa minn xulxin, stabbli u unformi biżżejjed;

Billi sabiex jiġu mwettqa l-eżamijiet għalbies tiġi aċċettata varjetà, irid jiġi stabbilit numru kbir ta' kriterji u ħtiġiet minimi;

Billi għandha wkoll issir disposizzjoni sabiex tiżgura illi dawn l-eżamijiet jitwettqu, sa fejn hu possibbli, fl-istess ħin tat-testijiet li jistmaw is-saħħa għall-għanijiet tal-kultivazzjoni bil-ħsieb tal-klassifika;

Billi jekk il-materjal għall-propagazzjoni tad-dwieli ma jkunx normalment ippropagat jew immarkitjat fit-territorju ta' Stat Membru, għandha ssir disposizzjoni għall-eżenzjoni possibbli ta' dan l-Istat mill-obbligu li japplika din id-Direttiva;

Billi għandom jiġu ffaċilitati emendi bażikament tekniċi għall-Annessi bi proċedura bil-ħeffa;

Billi waħda mid-disposizzjonijiet tekniċi ta' l-Anness I mad-Direttiva fil-kwistjoni għandha tiġi emendata;

ADOTTA DIN ID- DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kunsill tad-9 ta' April 1968 dwar il-marketing tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli hija hawnhekk emendata kif ġej.

Artikolu 2

"2. L-Istati Memrbi, jistgħu, bħala miżura transitorja, wara d-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex titħares din id-Direttiva, jipprovdu illi l-materjal tal-propagazzjoni li jkun ġie użat sabiex jiġu stabbiliti l-mixtliet għall-ħażna jew il-mixtliet għat-tirqid ikun ekwivalenti għall-materjal tal-propagazzjoni ċċertifikat jew iċċekkjat skond id- disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jekk qabel ma kien użat hekk kien jista' jagħti l-istess assigurazzjonijiet bħall-materjal iċċertifikat tal-propagazzjoni jew ikkontrollat skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva."

Artikolu 3

"Kull Stat Membru għandu jikkompila katalgu tal-varjetajiet tad-dwieli aċċettati uffiċjalment sabiex jiġu ċċertifikati u ċċekkjati bħala materjal standard fit-territorju tiegħu. Il-katalgu jista' jiġi kkonsultat minn kull persuna. Għandu jispeċifika l-karatteristiċi ewliena morfoloġiċi u fiżjoloġiċi li bihom il-varjetajiet jistgħu jiġu magħrufa minn xulxin. Fil-każ tal-varjetajiet diġà aċċettati fil-31 ta' Diċembru 1971, tista' ssir referenza għad-deskrizzjoni mogħtija fil-publikazzjonijiet ampelografiċi uffiċjali."

Artikolu 4

"Artikolu 5a

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi ma tiġi aċċettata l-ebda varjetà għajr jekk tkun magħrufa mill-oħrajn, stabbli u unformi biżżejjed.

Artikolu 5b

1. 1.Varjetà għandha titqies bħala magħrufa mill-oħrajn jekk, meta l-aċċettazzjoni għaliha tiddifferixxi b'mod ċar, f'wieħed jew aktar mill-karatteristiċi morfoloġiċi jew fiżjoloġiċi, minn kull varjetà oħra aċċettata jew issottomessa għall-aċċettazzjoni fl-Istat Membru fil-kwistjoni.

2. Varjetà għandha tiġi meqjusa stabbli jekk wara propagazzjoni suċċessiva, tibqa' l-istess bħad- deskrizzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tagħha.

3. Varjetà għandha tiġi meqjusa uniformi biżżejjed jekk, minbarra ftit ta' l-abberrazzjonijiet, il-pjanti li minnha jkunu komposti jkunu simili rigwrad il-karatteristiċi, meħuda lkoll flimkien, ikkunsidrati għal dan l-għan.

Artikolu 5ċ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-varjetajiet li jiġu minn Stati Membri oħra jkunu bla ħsara għall-istess ħtiġiet bħal dawk li japplikaw għall-varjetajiet domestiċi, b'mod partikolari rigward il-proċedura ta' l-aċċetazzjoni.

Artikolu 5d

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-aċċettazzjoni tal-varjetajiet tkun ibbażata fuq ir-riżultati ta' l-eżamijiet uffiċjali, b'mod partikolari l-provi tat-tkabbir, li jkopru numru biżżejjed tal-karatteristiċi għall-varjetà li trid tiġi deskritta. Il-metodi użati sabiex jistabbilixxu l-karatteristiċi jridu jkunu eżatti u ta' min jafdahom.

2. Dan li ġej għandu jiġi ffissat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, filwaqt li jitqies it-tagħrif kurrenti xjentifiku u tekniku:

(a) il-karatteristiċi li jridu jiġu koperti bħala minimu mill-eżamijiet,

(b) il-ħtiġiet minimi għalbiex jitwettqu l-eżamijiet.

3. Jekk ikun magħruf illi l-materjal tal-propagazzjoni ta' varjetà mogħtija tiġi mmarkitjata f'pajjiż ieħor taħt isem differenti, dan l-isem għandu jiġi indikat fil-katalgu wkoll.

Artikkolu 5e

1. Il-varjetajiet aċċettati għandhom jiġu ċċekkjati uffiċjalment f'intervalli regolari taż-żmien. Jekk xi waħda mill-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni taċ-ċertifikazzjoni jew mill-kontrolli ma jibqgħux jiġu sodisfatti, l-aċċettazzjoni għandha tiġi rrevokata u l-varjetà mħassra mill-katalgu.

2. Il-katalgu tal-varjetajiet u kull bidla magħmula lilu għandhom jintbagħtu minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni."

Artikolu 5

L-Artikolu 6 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 6

"2. Fejn ma tkun ittieħdet l-ebda miżura mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 3 (4) (b) u mdaħħla fis-seħħ, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi wara dati speċifikati l-materjal tal-propagazzjoni ta' ċerti varjetajiet ta' dwieli ma jistax jiġi mqiegħed fis-suq għajr jekk ikun iċċertifikat uffiċjalment bħala "materjal bażiku" jew "materjal iċċertifikat"."

Artikolu 7

"Artikolu 12a

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-materjal għall-propagazzjoni tal-varjetajiet tad-dwieli li jkunu ġew approvati għall-kultivazzjoni fit-territorju tagħhom jew f'parti mit-territorju tagħhom skond ir-Regolament (KEE) Nru 1388/70 ma jkunu bla ħsara għall-ebda restrizzjoni li jkollha x'taqsam mal-varjetà dwar il-marketing fit-territorju tagħhom."

Artikolu 8

"Artikolu 17a

Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl tat-taħgrif korrenti xjentifiku u tekniku, għandu jadotta kull emenda li trid issir lill-Annessi."

Artikolu 9

"Artikolu 18a

Ma' l-applikazzjoni minn Stat Membru, li trid tiġi ttrattata kif ipprovdut fl-Artikolu 17, dan l-Istat jista' jiġi meħlus totalment jew parzjalment mill-obbligu li japplika din id-Direttiva jekk il-materjal tal-propagazzjoni tad-dwieli ma jkunx normalment ippropagat jew immarkitjat fit-territorju tiegħu.

Artikolu 18b

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 [3] tas-27 ta' Frar 1968 dwar kif tiġi stabbilita l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-siġar ħajjin u l-pjanti, il-basal, l-għeruq u bħal dawn, il-fjuri maqtugħa u l-weraq ornamentali."

Artikolu 10

"5. Il-mard tal-virusijiet perikolużi, speċjalment il-fanleaf u u l-leaf roll tad-dielja ta' l-għeneb, irid jiġi eliminat mill-prodotti tar-raba' maħsuba għall-produzzjoni tal-materjal bażiku. L-uċuh tar-raba' maħsuba għall-produzzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-kategoriji l-oħra għandhom jiżammu ħielsa mill-pjanti li juru s-sintomi tal-mard tal-virusijiet ta' ħsara."

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1972, idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex jikkonformaw ma' din id- Direttiva. Għandhom jgħarrfu lill-Kummisjoni b'dan minnufih.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Marzu 1971.

Għall-Kummissjoni

Il-President

M. Cointat

[1] ĠU Nru L 93, 17.4.1968, p. 15

[2] ĠU Nru L 155, 16.7.1970, p. 5

[3] ĠU Nru L 55, 2.3.1968, p. 1

--------------------------------------------------