Official Journal L 067 , 24/03/1970 P. 0012 - 0012
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0022
Danish special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0140
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0022
English special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0159
Greek special edition: Chapter 03 Volume 5 P. 0072
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0206
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 3 P. 0206
Ir-Regolament (KEE) Nru 538/70 tal-Kummisjoni tat-23 ta’ Marzu li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 315/68 fir-rigward tad-daqs ta’ anemone coronaria IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 [1] tas-27 ta’ Frar 1968 dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq f’siġar ħajjin u pjanti oħrajn, basal, egħruq u affarijiet ta’ din ix-xorta, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu; Billi l-esperimenti li saru minn stazzjon ta’ sperimentazzjoni wrew illi bil-mezzi ta’ teknika tal-produzzjoni preżenti anemone coronaria ta’ kwalita tajba tista’ tinkiseb minn basal ta’ pjanti ta’ daqs iżgħar minn dawk stabbiliti fl-istandards komuni ta’ kwalità; billi, għaldaqstant, dawk l-istandards għandhom jiġu aġġustati; Billi l-miżuri msemijin stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Pjanti Ħajjin, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fit-Tabella li tidher fit-Taqsima III ta’ l-Anness tar- Regolament (KEE) Nru 315/68, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 448/69, [2] it-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi sostitwit bit-test li jirreferi għal "anemone coronaria". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Marzu 1970. Għall Kummisjoni Il-President Jean Rey [1] ĠU L 55, 2.3.1968, p. 1. [2] ĠU L 61, 12.3.1969, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni botanika tal-prodott | Metodu ta’ gradazzjoni | Daqs minimu | Gradazzjoni tad-daqs | Anémone coronaria | A, B, C | 2ċm | 2-3; 3-4; 4-5; 5-6; 6-7; 7-8; 8 u aktar | --------------------------------------------------