Official Journal L 067 , 24/03/1970 P. 0010 - 0011
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0020
Danish special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0138
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0020
English special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0157
Greek special edition: Chapter 03 Volume 5 P. 0070
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0204
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 3 P. 0204
Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 537/70 tat-23 ta’ Marzu 1970 li jawtorizza lill-Istati Membri li jieħdu miżuri li jidderogaw minn ċerti ħtiġiet dwar l-istandards tal-kwalità applikabbli fir-rigward ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta’ basal tal-fjuri, għeruq u tuberi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 [1] tas-27 ta’ Frar 1968, dwar l-istabbeliment ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq f’siġar ħajjin u pjanti oħrajn, basal ta’ fjuri, egħruq u xorti oħra bħalhom, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/68 [2] tat-12 ta’ Marzu 1968 li jiffissa standards ta’ kwalitĊ għal-basal ta’ fjuri, l-għeruq u t-tuberi, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 448/69 [3] u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu; Billi permezz ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 315/68, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati li jieħdu miżuri jidderogaw minn ċerti ħtiġiet ta’ l-istandards tal-kwalità sabiex jippermetu lill-esportaturi li jilħqu l-ħtiġiet tal-kummerċ ta’ ċerti pajjiżi terzi; Billi l-istandards tal-kwalità stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 315/68 f’ċerti każi ma jippermetux li l-ħtiġiet tal-kummerċ ta’ pajjiżi terzi jkunu milħuqha; billi, meta dawn il-ħtiġiet ta’ kummerċ ikunu stabbli u ma jinbidlux, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jilħquhom għal-perjodu mingħajr limitu; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Pjanti Ħajjin, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jieħdu ċerti miżuri li jidderogaw mill-istandards tal-kwalità applikabli għal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta’ basal ta’ fjuri, għeruq u tuberi: Fresja Ragioneri Fresja Refracta Alba Fresja Buttercup Gladjoli, bi blanzuni kbar Gladjoli primulinus Gladjoli Heraut Gladoli Papillon Iris "Wedgwood" Iris reticulata Tulipani Tulipani "Cordell Hull" Tulipani "American Flag" Tulipani "Montgomery". 2. Il-miżuri ta’ deroga msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jittieħdu biss fir-rigward ta’ daqsijiet u permezz tal-kondizzjonijiet u fil-limiti speċifikati fl-Anness. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 1970 Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Marzu 1970. Għall-Kummisjoni Il-President Jean Rey [1] ĠU L 55, 2.3.1968, p. 1. [2] ĠU L 71, 21.3.1969, p. 1. [3] ĠU L 61, 12.3.1969, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Kondizzjonijiet u limiti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 1(2) Deskrizzjoni tal-prodotti | It-tip tal-pakkett | Pajjiż terz tad-destinazzjoni | Daqs massimu | Daqs tal-iggradar | Fresja Ragioneri | Kwalunkwe tip tal-ippakkjar apparti milli l-ippakkjar f'pakketti singoli li jiġbru flimkien pakketti singoli | il-pajjiżi kollha | xejn | sa 4 | Fresja Refracta Alba | Fresja Buttercup | Gladjoli, bi blanzuni kbar | pakketti singoli jew gruppi ta' pakketti singoli | il-pajjiżi kollha | 6 cm | 6 sa 8 | Gladjoin primulus | 6 sa 7 | Gladjoli Heraut | Gladjoli, bi blanzuni kbar | Kwalunkwe tip tal-ippakkjar apparti milli l-ippakkjar f'pakketti singoli li jiġbru flimkien pakketti singoli | il-pajjiżi kollha | xejn | sa 8 | Gladjoin primulus | sa 7 | Gladjoli Heraut | Gladjoli Papillon | kull tip tal-ippakkajar | il-pajjiżi kollha | xejn | Iris "Wedgwood" | kull tip tal-ippakkajar | l-emisfera ta' nofs-in-nhar | 7 cm | 7 sa 8 | Iris reticulata | kull tip tal-ippakkajar | il-pajjiżi kollha | 4.5 cm | 4.5 sa 5 | Tulipani | kull tip tal-ippakkajar | il-pajjiżi kollha | Għarbiel 10 | 10 sa 11 | Tulipani "Cordell Hull" | Tulipani "American Flag" | Tulipani "Montgomery" | --------------------------------------------------