31970L0388



Official Journal L 176 , 10/08/1970 P. 0012 - 0017
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0159
Danish special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0503
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0159
English special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0571
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0104
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0241
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 1 P. 0241


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-27 ta’ Lulju 1970

fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar strumenti ta’ twissija akustika għall-vetturi bil-mutur.

(70/388/ke)

Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej.

Wara li kkunsidra it-trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, partikolarment l-artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mil-kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew;

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

Billi l-ħtiġijiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali huma assoċjati inter alia ma’ l-istrumenti ta’ twissija akustika;

Billi dawn il-ħtiġijiet ivarjaw minn stat membru għall-ieħor,waqt li huwa neċessarju li l-istati membri kollha jadottaw l-istess ħtiġijiet flimkien jew minflok ir-regoli attwali,partikolarment biex isseħħ il-proċedura ta’ approvazzjoni tip tal-kee li kienet is-suġġett tad-direttiva tal-kunsill [1] tas-6 ta’ frar 1970 dwar l-aprovazzjoni tip, għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, li għandha tiġi applikata għal kull tip ta’ vettura;

Waqt lir-regoli fuq strumenti ta’ twissija akustika għandhom jinkludu mhux biss ħtiġijiet dwar it-twaħħil ta’ dawn l-istrumenti iżda wkoll ħtigijiet fuq il-kostruzzjoni ta’ l-istess strumenti;

Waqt li proċedura ta’ approvazzjoni armonizzata tippermetti ‘l kull stat membru jikkontrolla l-konfomitá tiegħu mal-ħtiġijiet komuni dwar kostruzzjoni u ttestjar u li jinforma stati membri oħra fuq is-sejbiet li saru billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tip magħmul għall-kull strument ta’ twissija akustika;waqt li l-marka ta’ l-approvazzjoni tal-kee fuq kull strument mibni skond il-mudell appruvat ineħħi l-bżonn li dawn l-istrumenti jiġu kkontrollati fl-istati membri l-oħra;

Adotta din id-direttiva:

Artikolu 1

1. Kull stat membru għandu japprova kull tip ta’ strument ta’ twissija akustika li jissodisfa l-ħtiġijiet imniżżla fl-ewwel oġġett ta’ l-anness i.

2. L-istat membru li ta’ l-approvazzjoni għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex,sakemm huwa neċessarju u jekk hemm bżonn flimkien ma’ awtoritajiet kompetenti oħra fi stati membri oħra jivverifika li l-mudelli ta’ produzzjoni huma konformi mat-tip appruvat.din il-verifikazzjoni ser tkun limitata ghal ‘spot checks’.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom joħorġu marka ta’ l-approvazzjoni tip tal-KEE lill-manifattur jew lir-rappreżentant tiegħu,li jikkonforma mal-mudell li jidher fl-entrata 1.4 ta’ l-1 l-anness,għall-kull tip ta’ strument ta’ twissija akustika li huma japprovaw skond l-1 artikolu.

L-Istati Membri għadhom jieħdu kull miżuri neċessarji biex jevitaw l-użu ta’ marki li jistgħu joġolqu konfużjoni bejn strumenti ta’ twissija akustika li ġew appruvati skond l-1 artikolu u strumenti oħrajn.

Artikolu 3

1. Ebda Stat Membru ma jista’ jiprojbixxi d-dħul fis-suq ta’ strumenti ta’ twissija akustka fuq bażi ta’ kostruzzjoni jew metodi operazzjonali jekk dawn l-istrumenti ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tal-kee.

2. Iżda,din il-proviżjoni ma timpedix l-istati membru li jieħdu dawn il-miżuri dwar strumenti ta’ twissija akustika li għandhom il-marka ta’ l-approvazzjoni jekk dawn ma jikkonformawx mal-protijp appruvat.

L-Istat li jagħmel dan għandu jinfroma l-istati membri l-oħra u l-kummissjoni fuq il-miżuri li ttieħdu,u jispeċifika r-raġunijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni.il-proviżjonijiet tal-5 artikolu japplikaw ukoll.

Skond it-tifsir ta’ l-ewwel subparagrafu, ikun hemm nuqqas ta’ konformità mal-prototip approvat, jekk l-għola u l-inqas limitu speċifikati fl-entrata 1.2.1.6 ta’ l-anness ma jiġux osservati.

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull stat membru għandhom jibagħtu kopja taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ kull tip ta’ strument ta’ twissija akustika li huma japprovaw jew jirrifjutaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-istati membri l-oħra f’perijodu ta’ xahar.

Artikolu 5

1. Jekk l-istat membru li ta l-approvazzjoni tal-kee isib li numru ta’ strumenti ta’ twissija akustika li għandhom l-istess marka ta’ approvazzjoni ma jikkonformawx mat-tip li huwa approva,għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip appruvat.l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-istat għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet ta’ l-istati membri l-oħra fuq il-miżuri li ttieħdu li jistgħu,jekk hemm bżonn,iwasslu ghall-kanċellazzjoni ta’ l-approvazzjoni tal-kee.l-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jiġu mgħarrfa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ stati membri oħra fuq nuqqas ta’ konformitá.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-istati membri għandhom jgħarrfu ‘l xulxin fuq kull kanċellazzjoni ta’ l-approvazzjoni tal-kee u fuq ir-raġunijiet li wasslu biex jittieħdu dawn il-miżuri fi żmien xahar,

3. Jekk l-istat membru li ta l-approvazzjoni tip tal-kee ma jaqbilx man-notifika ta’ nuqqas ta’ konformitá mwassla lilu l-istati membri kkonċernati għandhom jaslu ghal arranġament bejniethom fuq il-kwistjoni.il-kummissjoni għandha tkun infurmata,u fejn hemm bżonn għandha tkun konsultata biex jintlaħaq ftehim.

Artikolu 6

Kull deċiżjonijiet meħuda skond ir-regoli adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva u li tiċħad jew tikkanċella l-approvazzjoni ghal strumenti ta’ twissija akustika jew li tipprojbixxi d-dħul fis-suq u l-użu ta’ l-istess strumenti għandha tiddikjara r-raġunijet li wasslu għal dan.il-parti kkonċernata tkun mgħarrfa, bid-deċiżjoni u bir-rimedji li jistgħu isiru skond il-liġijiet fis-seħħ fl-istat membru u bil-limiti taż-żmien fejn ikunu jistgħu isiru dawn ir-rimedji.

Artikolu 7

Ebda stat membru ma’ jista’ jonqos li jagħti l-approvazzjoni tip tal-kee jew l-approvazzjoni tip nazzjonali lill-vettura speċifika fuq bażi ta’ l-istrument ta’ twissija akustika tagħha jekk dan ikollu il-marka tal-approvazzjoni tal-kee u jekk dan huwa mqiegħed skond il-ħtiġijiet imniżżla fit-2 entrata ta’ l-1 l-anness.

Artikolu 8

Għall-għanijiet ta’ din id-direttiva,’’ vettura ’’ tfisser kull vettura bil-mutur magħmula bi ħsieb li tintuża fit-triq,b’bòdy jew migħajr,li għandha ta’ linqas erba’ roti u veocitá massima iżjed minn 25 km/h, b’eċċezzjoni għall-vetturi li jaħdmu fuq binarji,trekters u makkinarju ieħor ta’ l-agrikoltura u vetturi ta’ xogħolijiet pubbliċi.

Artikolu 9

L-emendi li jridu jsiru biex jaġġustaw il-ħtiġijiet ta’ l-1 u t-2 l-annessi biex jitqies il-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-artikolu 13 tad-direttiva tal-kunsill tas-6 ta’ frar 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-istati membri dwar l-approvazzjoni tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom.

Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-proviżjonijiet li jinkludu il-ħtiġijiet li hemm bżonn biex jikkonformaw ma’ din id-direttiva sa tmintax il-xahar minn notifika tagħha u għandhom jinfurmaw lill-kummissjoni b’dan.

2.l-Istati Membri għandhom jiżguraw li lill-kummissjoni jikkomunikawla t-testi tal-proviżjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam li jaqa’ taħt din id-direttiva.

Artikolu 11

Din id-direttiva hija ndirizzata lill-istati membri.

Magħmula fi Brussell fis-27 ta’ lulju 1970.

Għall-kunsill

Il-president

W. Arendt

[1] ĠU nr. L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

--------------------------------------------------

Annex i

1. Approvazzjoni tip tal-kee ghal strumenti ta’ twissija akustika

1.1 l-istrument ta’ twissija għandu jagħmel ħoss kontinwu.

1.2 l-istrument ta’ twissija għandu jkollu karatteristiċi akustiċi (frekwenza spettru tal-ħoss u livell tal-pressjoni tal-ħoss) u karatteristiċi mekkaniċi b’mod li jgħaddi mit-testijiet li ġejjin f’dan l-ordni.

1.2.1 il-qies tal-livell tal-ħoss

1.2.1.1 l-istrument ta’ twissija għandu jiġi ttestjat f’post suffiċentament silenzjuż u miftuħ. [1] (il-ħoss ta’ l-ambjent u tar-riħ għandu jkun ta’ lanqas 10 db inqas mill-ħoss li qed jitkejjel) jew f’kamra li tassorbixxi kompletament il-mewġ tal-ħoss;il-mikrofonu ta’ l-istrument li qed jintuża biex ikejjel għandu jkun fid-direzzjoni fejn il-livell suġġettiv tal-ħoss huwa l-iżjed li jista’ jkun u 2 metri il-bogħod mill-wiċċ ta’ l-istrument,fejn il-mikrofonu u l-istrument ikunu 1.20 m. Maqtugħin mill-art.

1.2.1.2 il-qisien għandhom jittieħdu fuq l-iskala ta’ qisien "a" ta’ l-istandard ta’ l-iec (kummissjoni internazzjonali elettroteknika), b’meters ta’ livelli tal-ħsejjes li jikkonformaw mat-tip deskritt fil-179 pubblikazzjoni, l-1 ed (1965) tal-kummissjoni internazzjonali elottroteknika

1.2.1.3 l-istrument għandu jkun provdut b’vultaġġ ta’ 6.5, 13 jew 26 volt meqjus mit-terminal tas-sorsi tad-dawl elettriku,li jikkorrispondi ghar-rata ta’ vultaġġ ta’ 6, 12, jew 24 volt rispettivament.

1.2.1.4 ir-resistenza tal-wajers konnettivi inkluża r-resistenza tat-terminali u tal-kuntatti għandha tkun:

0.05 ohms għal ċirkuwitu ta’ 6 volt

0.10 ohms għal ċirkuwitu ta’ 12 il-volt

0.20 ohms għal ċirkuwitu ta’ 24 volt

1.2.1.5 l-istrument għandu jkun immuntat riġidament bil-partijiet provduti mill-manifattur,fuq bażi li tiżen mhux inqas minn għaxar darbiet l-użin ta’ l-istrument u mhux inqas minn 15 kg.

1.2.1.6 taħt il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq il-livell tal-pressjoni tal-ħoss suġġettiv ma jistax ikun iżjed minn 118 db (a) u mhux inqas minn 105 db (a)

1.2.1.7 il-ħin li jgħaddi mill-mument ta’ attivazzjoni sal-mument li l-ħoss jilħaq il-livell minimu mniżżel fl-entrata 1.2.1.6 hawn fuq ma jistax ikun iżjed minn 0.2 sekonda,mkejjel f’temperatura ambjentali ta’ 20 iżjed jew inqas minn 5* c

Din il-proviżjoni għandha tapplika primarjament għall-strumenti li joperaw b’mod pnewmatiku jew elettro-pnewmatiku.

1.2.1.8 strumenti li joperaw b’mod pnewmatiku jew elettro-pnewmatiku biċ-ċirkuwitu ppostjat skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifatturi għandhom ikollhom l-istess eżekuzzjoni akustika meħtieġa mingħand strumenti ta’ twissija akustika li joperaw bl-elettriku.

1.2.2 testijiet tar-resistenza

1.2.2.1 l-istrument ta’ twissija għandu jkun provdut b’waħda mir-rati ta’ vultaġġ imsemmija fl-entrata 1.2.1.3 hawn fuq,minn wajers konnettivi b’waħda mir-rati ta’ reżistenza imsemmija fl-entrata 1.2.1.3 hawn fuq,u għandu jiġi operat 50,000 darba,kull darba għal perijodu ta’ sekonda,segwit b’waqfa ta’ erba sekondi.waqt it-test,l-istrument għandu jkun ventilat b’kurrent ta’ l-arja li għandu veloċitá aprossimattiva ta’ 10m/s.

1.2.2.2 jekk it-test isir f’kamra li tassorbixxi kompletament il-mewġ tal-ħoss,din għandha tkun ta’ volum suffiċentament kbir biex is-sħana li l-istrument jipproduċi waqt it-test ta’ resistenza tkun tista’ tixxerred.

1.2.2.3 it-temperaturi ambjentali fil-kamra ta’ fejn isir it-test għandhom ikunu ta’ bejn + 15 u + 30* c.

1.2.2.4 jekk,wara 25000 operazzjoni il-livell tal-ħoss ta’ l-istrument ikun differenti minn dak ta’ qabel it-test,l-istrument jista’ jiġi msewwi.wara 50000 operazzjoni u jekk hemm bżonn, tiswijiet oħra, l-istrument għandu jgħaddi t-test deskritt fl-entrata 1.2.1 hawn fuq.

1.2.3 testijiet akustiċi

1.2.3.1 l-ispectrum ta’ ħsejjes magħmula mill-istrument,meqjusa minn distanza ta’ 2m,għandu jkollu pressjoni tal-ħoss għola minn dak ta’ kull komponent ta’ frekwenza ‘l fuq minn 3550 hz fil-banda (ta’ frekwenza) li testendi minn 1800 sa 3550hz, u qatt inqas minn 105 db (a).

1.2.3.2 il-ħtiġijiet imniżżla fl-entrata 1.2.3.1 hawn fuq għandhom jiġu osservati minn strument ta’ twissija li ddaħħal għat-test deskritt fl-entrata 1.2.2 hawn fuq, provdut b’vultaġġ ta’ bejn ii5 % u 95 % tar-rata’ tal-vultaġġ tiegħu.

1.2.3.3 il-vultaġġ effettiv għandu jkun imniżżel fl-entrata 1.2.1 hawn fuq.

1.2.3.4 ir-reżistenza tal-wajers konnettivi,inkluża dik-tal-batteriji u tal-kuntatti,trid tkun dik imniżżla fl-entrata 1.2.1 hawn fuq.

1.2.3.5 l-istrument li qed jiġi ttestjat u l-mikrofonu għandhom jiġu mqiegħda fl-istess għoli,bil-mikrofonu lejn il-wiċċ ta’ l-istrument fid-direzzjoni fejn il-livell suġġettiv tal-ħoss ikun l-għola possibli.

1.2.3.6 l-istrument għandu jkun immuntat riġidament bil-parti/jiet provduta/i mill-manifattur,fuq bażi li tiżen mhux inqas minn għaxar darbiet l-użin ta’ l-istrument u mhux inqas minn 15 kg

1.2.3.7 it-test t’hawn fuq irid isir f’kamra li tassorbixx il-mewġ tal-ħoss kompletament.

1.3 testijiet ta’ l-approvazzjoni tip

1.3.1 it-testijiet ta’ approvazzjoni tip iridu jsiru fuq żewġ kampjuni ta’ kull tip/mudell mogħtija mill-manifattur biex jiġu approvati;liż-żewġ kampjuni isirulhom it-testijiet kollha u dawn iridu jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mniżżla f’dan l-anness.

1.4 il-marka ta’ l-approvazzjoni tip

1.4.1 il-marka ta’ l-approvazzjoni tip għandha tkun rettangolu bl-ittra "e" segwita bin-numru ta’ distinzjoni tal-pajjiż li approva l-l-istrument (1 għall-Ġermanja, 2 għall-Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 6 għall-Belġju u 12 għall-Lussemburgu) ġewwa l-istess rettangolu. Viċin dan ir-rettangolu għandu jkun hemm in-numru ta’ l-approvazzjoni tip li jikkorrispondi man-numru taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni li saret għall-prototip.

1.4.2 il-marka ta’ approvazzjoni (simbolu u numru) msemmija hawn fuq għandha tkun tidher fuq il-bòdi ta’ l-istrument ta’ twissija akustika b’mod li tibqa’ viżibbli minn barra anki wara li dan ikun twaħħal fil-vettura.

1.4.3 il-marki varji iridu jkunu jistgħu jinqraw ċarament u ma jitħassrux.

1.4.4 id-dimensjonijiet tal-marka ta’ approvazzjoni fid-dijagramma mehmuz mad-dokument huma espressi f’millimetri,huma dimensjonijiet minimi.il-proporzjonijiet ta’ bejn id-dimensjonijiet iridu jinżammu.

+++++ TIFF +++++

2. Il-karatteristiċi ta’ l-istrument ta’ twissija akustika meta jitqiegħed f’vettura.

2.1 testijiet akustiċi

Meta vettura tkun approvata il-karattertiċi ta’ l-istrument ta’ twissija mwaħħal f’dik it-tip ta’ vettura għandhom jiġu t-testjati kif ġej:

2.1.1 il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ta’ l-istrument mwaħħal fil-vettura irid jitqies minn punt ta’ 7 m quddiem il-quddiem tal-vettura f’post miftuħ hu kemm jista’ jkun wati.il-mutur tal-vettura għandu jintefa’.il-vultaġġ effettiv għandu jkun dak imniżżel fl-entrata 1.2.1 hawn fuq.

2.1.2 il-qisien għandhom jittieħdu fuq l-iskala ta’ qisien "a" ta’ l-istandard ta’ l-iec (kummissjoni internazzjonali elettroteknika)

2.1.3 il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss għandu jiġi kkalkulat f’għoli ta’ bejn o.5 sa 1.5 m maqtugħ mill-art.

2.1.4 dak il-livell massimu ma’ jistax ikun inqas minn 93 db (a).

[1] il-post imsemmi hawn fuq jista’ jkun f’għamla ta’ spazju miftuħ b’raġġ ta’ 50m li għandu l-parti ċentrali b’raġġ ta’ mhux inqas minn 20m,pratikament wati, miksi bil-konkrit,asfalt jew materjal simili,u ma jridx ikollu silġ,ħaxix twil,ħamrija rqiqa jew irmied.il-qisien għandhom jittieħdu meta t-temp ikun sabiħ. Ebda persuna ħlief dik li tkun qed taqra ċ-ċifri minn fuq l-apparat ma tista’ toqgħod fejn l-istrument ta’ twissija akustika jew fejn il-mikrofonu,għaliex il-preżenza ta’ spettaturi fejn kemm l-istrument u kemm il-mikrofonu tista’ jkollha effett konsiderevoli fuq iċ-ċifri li jinqraw minn fuq l-apparat.ċaqliq tal-pojnter li jidher li mhux konnessi mal-livell ġenerali tal-ħoss m’għandhomx jitqiesu meta jinqraw iċ-ċifri

--------------------------------------------------

L-anness ii

Ċertifikat ta’ approvazzjoni tip

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------