31970L0311



Official Journal L 133 , 18/06/1970 P. 0010 - 0013
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0139
Danish special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0323
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0139
English special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0375
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0093
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0221
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 1 P. 0221


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-8 ta’ Ġunju 1970

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat- tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni ta’vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(70/311/EEC)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-ligijiet nazzjonali jikkonċernaw, inter alia, it-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni tagħhom;

Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi huwa għalhekk neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew flimkien ma’, jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, biex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad--Direttiva tal-Kunsill [3] tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, tkun applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għal użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajra, li għandha minn ta’ lanqas erba’ roti u li għandha veloċità massima ddisinjata li teċċedi il-25 kilometru fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi u makkinarju għall-agrikultura u vetturi tax-xogħlijiet pubbliċi.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni tagħha jekk dan it-tagħmir jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

L-emendi neċessarji għall-aġġustament tal-ħtiġiet ta' l-Anness sabiex jiġi kkunsidrat il-progress tekniku, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li jiġbru fihom il-ħtiġiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha, u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġi komunikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-8 ta’ Ġunju 1970.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Harmel

[1] ĠU Ċ 160, tat-18.12.1969, p. 7.

[2] ĠU Ċ 10, tas-16.4.1969, p. 18.

[3] ĠU L 42, tal-25.7.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. DEFINIZZJONIJIET

1.1 Tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni

"Tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni" tfisser kull tagħmir li l-għan tiegħu hu li jbiddel id-direzzjoni tal-moviment tal-vettura.

It-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni jista’ jkun kunsidrat li jinkludi:

- l-kontroll ta’ l-isteering

- l-isteering gear;

- l-isteered wheels;

- fejn applikabbli, tagħmir speċjali sabiex jipproduċi qawwa addizzjonali jew indipendenti

1.1.1 Kontroll tal-isteering

"Kontroll tal-isteering" tfisser il-parti direttament imħaddma mis-sewwieq sabiex jidderieġi l-vettura.

1.1.2 Steering Gear

1.1.2.1 Fil-każ ta’ vetturi bil-mutur, "steering gear" ifisser il-komponenti kollha bejn il-kontroll ta’ l-isteering u l-isteered wheels, bl-eċċezzjoni ta’ l-apparat speċjali imsemmi f’punt 1.1.4. L-isteering gear jista’ jkun mekkaniku, idrawliku, pnewmatiku, elettriku jew kombinazzjoni ta’ wħud minn dawn.

1.1.2.2 Fil-każ ta’ karrijiet, "l-isteeringgear" ifisser il-komponenti kollha li jitrażmettu lill-isteered wheels il-forza neċessarja sabiex tinkiseb bidla fid-direzzjoni tal-moviment tal-vettura.

1.1.3 Steered wheels

"Steered Wheels" ifisser ir-roti li l-alinjament tagħhom jista’ jkun mibdul direttament jew indirettament b'relazzjoni għal dak tal-vettura sabiex tinkiseb bidla fid-direzzjoni tal-moviment tal-vettura.

1.1.4 Tagħmir speċjali

"Tagħmir speċjali" jfisser dik il-parti tat-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni, li biha tiġi prodotta qawwa addizzjonali jew indipendenti. Qawwa addizzjonali jew indipendenti tista’ tkun prodotta permezz ta’ kull sistema mekkanika, idrawlika, pnewmatika jew elettrika, jew permezz ta’ xi kombinazzjoni ta’ dawn (eżempju, permezz ta’ pompa taż-żejt, pompa ta’ l-arja jew batterija).

1.2 Tipi differenti ta’ tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni

1.2.1 Skond is-sors ta’ qawwa meħtieġa għad-devjazzjoni tal-isteered wheels, it-tipi ta’ tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni li ġejjin huma distinti:

1.2.1.1 tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni manwali fejn il-qawwa tar-rota ta' l-isteering hija dik provduta biss permezz tal-qawwa muskulari tas-sewwieq;

1.2.1.2 tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni assistit, f’liema l-qawwa tar-rota ta’ l-isteering hi dik provduta kemm permezz tal-qawwa muskulari tas-sewwieq kif ukoll bl-apparat speċjali msemmi f’punt 1.1.4.

1.2.1.3 apparat ta’ servo-steering fejn il-qawwa tar-rota tal-isteering hija dik provduta biss permezz ta’ l-apparat speċjali imsemmi f’punt 1.1.4.

1.3 Sforz għal kontroll tad-direzzjoni

"L-isforz għal kontroll tad-direzzjoni" jfisser il-forza mħaddma mis-sewwieq fuq ir-rota tal-isteering biex jidderieġi l-vettura.

2. ĦTIĠIET GĦALL-KOSTRUZZJONI, TWAĦĦIL U SPEZZJONAR

2.1 Ħtiġiet Ġenerali

2.1.1 It-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni għandu jassigura kontroll faċli u assigurat tal-vettura; jekk meħtieġ, il-vettura għandha tkun mgħammra bi steering assistit.

2.2 Ħtiġiet iddettaljati

2.2.1 Il-kontroll tal-isteering

2.2.1.1 Il-kontroll tal-isteering għandu jkun faċli biex tużah u faċli biex timmaniġġjah. Għandu jkun imfassal b’tali mod li jippermetti devjazzjoni gradwali. Id-direzzjoni tal-moviment tal-kontroll tal-isteering għandha tikkorrispondi ċar għall-bidla mixtieqa fid-direzzjoni tal-vettura.

2.2.1.2 L-isforz għall-kontroll tad-direzzjoni meħtieġ sabiex tkun miksuba dawra tond b’radius ta’ 12-il metru, li jibda mill-pożizzjoni ta’ quddiemnett, m’għandux jeċċedi l-25 kilogramma.

Fil-każ ta’ tagħmir ta’ steering assistit, jekk tonqos il-provvista ta’ l-enerġija awżiljarja, l-isforz għall-kontroll meħtieġ tad-direzzjoni m’għandux jeċċedi 60 kilogramma.

2.2.1.3 Sabiex tkun kontrollata l-konformita mal-ħtieġa f’punt 2.2.1.2 hawn fuq, il-vettura għandha tiddeskrivi moviment spirali b’veloċita ta’ 10 kilometri fis-siegħa, li tibda mill-pożizzjoni ta’ quddiemnett. L-isforz għall-kontroll tad-direzzjoni fuq ir-rota tal-isteering għandu jkun innutat sal-mument meta l-isteering jilħaq il-pożizzjoni li tikkorrispondi mal-vettura li tkun dieħla f’ċirku tond ta’ radius ta’ 12-il metru; l-isforz għall-kontroll tad-direzzjoni m’għandux jeċċedi il-valuri dettati. Id-dewmien tal-manuvra (il-ħin bejn il-mument meta l-kontroll ta’l-isteering ikun l-ewwel imħaddem u l-mument meta jilħaq il-pożizzjoni fejn il-qisien ikunu meħuda) m’għandux jaqbeż erba’ sekondi f’każi normali u sitt sekondi jekk l-provvista ta’ l-enerġija addizzjonali tinqata’. Għandha ssir manuvra waħda lejn il-lemin u oħra lejn ix-xellug.

Għat-test, il-vettura għandha titgħabba bil-piż massimu permissibbli għaliha teknikament; il-pressjoni fuq ir-roti flimkien mad-distribuzzjoni tal-piż bejn il-fwies għandhom ikunu kif indikat mill-manifattur.

2.2.2 Steering gear

2.2.2.1 Għandu jkun possibbli sabiex wieħed jidderieġi l-vettura anke fl-eventwalita tan-nuqqas totali jew parzjali tal-komponenti idrawliċi, pnewmatiċi jew elettriċi ta' l- isteering gear.

2.2.2.2 L-isteering gear mekkaniku għandu jkun imfassal b’tali mod li jilħaq kull ħtieġa operazzjonali. Dawn għandhom ikunu faċilment aċċessibbli għal manutenzjoni u spezzjonar.

2.2.3 Steered Wheels

2.2.3.1 Ir-roti ta’ wara m’għandhomx ikunu l-uniċi steered wheels. Din il-ħtieġa ma tapplikax għal semi-karrijiet.

2.2.3.2 Vetturi bil-mutur li r-roti ta’ wara tagħhom huma wkoll diretti bl-isteering għandhom jiġu suġġetti għat-test li ġej:

2.2.3.2.1 Is-sewwieq għandu jkun kapaċi jżomm ir-roti ta’ wara f’linja dritta, mingħajr ma jagħmel xi korrezzjoni irregolari tad-direzzjoni, fi triq ċatta u orizzontali b’veloċita ta’ 80 kilometru fis-siegħa jew b’veloċita massima stabbilita jekk din hija anqas minn 80 kilometru fis-siegħa.

2.2.3.3 Karrijiet għandhom ukoll jiġu suġġetti għat-test speċifikat f’punt 2.2.3.2.1, b’veloċita ta’ 80 kilometru fis-siegħa jew bil-veloċita permessa teknikament mistqarra mill-manifattur jekk ta’ l-aħħar hija anqas minn 80 kilometru fis-siegħa, fil-każijiet li ġejjin:

- fejn il-karru ikun mgħammar b’aktar minn fus wieħed li għandu steered wheels,

- fejn il-karru ikun semi-karru mgħammar b’ta’ l-anqas fus wieħed li għandu steered wheels [1],

2.2.4 Tagħmir speċjali

2.2.4.1 Tagħmir Servo-steering m'hux permess.

2.2.4.2 Meta tagħmir ta’ steering assistit ma jkollux is-sors ta’ enerġija addizzjonali tiegħu, għandu jinkludi riserva ta’ enerġija. Jekk is-sors ta’ enerġija użat ikun arja kumpressata, r-riserva ta’ l-arja kumpressata għandha tkun protetta min-non-return valve.

2.2.4.3 Għandu jkun possibbli li wieħed jagħti direzzjoni lill-vettura anke jekk it-tagħmir speċjali jieqaf.

[1] Kif korrett mill-corrigendum pubblikat fl-ĠU L 196 tat-3 ta’ Settembru 1970.

--------------------------------------------------