31970L0222



Official Journal L 076 , 06/04/1970 P. 0025 - 0026
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0137
Danish special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0172
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0137
English special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0194 - 0195
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0091
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0219
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 1 P. 0219


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-20 ta’ Marzu 1970

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw l-ispazju għall-immuntatura u t-twaħħil ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(70/222/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw f’konformità mal-liġijiet nazzjonali jikkonċernaw, inter alia, l-ispazju għall-immuntatura u t-twaħħil ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara;

Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’, jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, tkun tista’ isseħħ il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill [1] tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom li għandha tapplika għal kull tip ta’ vettura;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għal użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajra, li għandha minn ta’ lanqas erba’ roti u għandha veloċità massima ddisinjata li teċċedi l-25 kilometru fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jiġru fuq il-linji, tratturi u makkinarju għall-agrikoltura, kif ukoll vetturi għax-xogħlijiet pubbliċi.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru m’għandu jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura minħabba raġunijiet li jikkonċernaw l-ispazju għall-immuntatura jew it-twaħħil ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara, jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-emendi neċessarji għall-aġġustament tal-ħtiġiet ta’ l-Anness sabiex jiġi kunsidrat il-progress tekniku, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, fi żmien tmintax-il xahar min-notifika ta’ din id-Direttiva,dispożizzjonijiet li jkun fihom il-ħtiġiet meħtieġa biex jikkonformaw magħha u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jkunu adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-20 ta’ Marzu 1970.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Harmel

[1] ĠU No L 42, 23.2.1970, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. GĦAMLA U QISIEN TA’ L-ISPAZJU GĦALL-IMMUNTATURA TA’ PJANĊI TA’ REĠISTRAZZJONI TAN-NAĦA TA’ WARA

L-ispazju għall-immuntatura għandu jikkonsisti minn wiċċ ta’ għamla rettangolari lixx jew kważi lixx li jkollu dawn il-qisien minimi li ġejjin:

jew | wisgħa ta 520 millimetru |

għoli ta 120 millimetru |

inkella | wisgħa ta 340 millimetru |

għoli ta 240 millimetru |

2. IL-POST TA L-ISPAZJU GĦALL-IMMUNTATURA U T-TWAĦĦIL TA’ PJANĊI.

L-ispazju għall-immuntatura għandu jkun tali li wara t-twaħħil kif suppost, il-pjanċi jkollhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

2.1. Il-pożizzjoni tal-pjanċa f’relazzjoni ma’ l-assi lonġitudinali tal-vettura

Il-punt ċentrali tal-pjanċa ma jistax ikun qiegħed fuq il-lemin tal-assi lonġitudinali tas-simmetrija tal-vettura.

It-tarf tan-naħa tax-xellug tal-pjanċa ma jistax ikun qiegħed fuq in-naħa tax-xellug tal-pjan vertikali li jkun paralleli għall-pjan lonġitudinali tas-simmetrija, u jkun imiss it- tarf li jkun l-iżjed ’il barra tal-vettura.

2.2. Il-pożizzjoni tal-pjanċa f’relazzjoni ma’ l-assi lonġitudinali tas-simmetrija tal-vettura

Il-pjanċa għandha tkun f’pożizzjoni perpendikulari, jew prattikament perpendikulari, għall-assi lonġitudinali tas-simmetrija tal-vettura.

2.3. Il-pożizzjoni tal-pjanċa f’relazzjoni ma’ l-assi vertikali

Il-pjanċa għandha tkun vertikali u jkun hemm tolleranza ta’ 5°. Meta l-għamla tal-vettura tkun teħtieġ hekk, din tista’ tkun inklinata lejn il-pożizzjoni vertikali:

2.3.1. mhux aktar minn 30º meta l-wiċċ li fuqu jkun hemm in-numru ta’ reġistrazzjoni jkun iħares ’il fuq, basta l l-għoli tat-tarf ta’ fuq tal-pjanċa ma jkunx aktar minn 1.20 metri ’l fuq mill-art;

2.3.2. mhux aktar minn 15º meta l-wiċċ li fuqu jkun hemm in-numru ta’ reġistrazzjoni jkun iħares ’l isfel, basta li l-għoli tat-tarf ta’ fuq tal-pjanċa ma jkunx aktar minn 1.20 metri ’l fuq mill-art;

2.4. L-għoli tal-pjanċa mill-wiċċ tal-art

L-għoli tat-tarf t’isfel tal-pjanċa mill-wiċċ tal-art m’għandux ikun anqas minn 0.30 metru; l-għoli tat-tarf ta’ fuq tal-pjanċa mill-wiċċ tal-art m’għandux ikun aktar minn 1.20 metri. Madankollu, meta huwa impossibbli, fil-prattika, li jkun hemm konformità ma’ din id-dispożizzjoni ta’ l-aħħar, l-għoli jista’ jeċċedi 1.20 metri, iżda imbagħad dan għandu jkun kemm jista’ jkun qrib dak il-limitu li l-karatteristiċi strutturali tal-vettura jippermettu, u m’għandu fl-ebda ċirkostanzi jeċċedi 2 metri.

2.5. Kriterji ġeometriċi dwar il-viżibbiltà

Il-pjanċa għandha tkun tidher fl-ispazju kollu inkluż fil-limiti tal-erba’ pjani li ġejjin, viz: iż-żewġ pjani vertikali li jmissu maż-żewġt itruf laterali tal-pjanċa u li jiffurmaw angolu mkejjel lejn il-barra ta’ 30º mal-linja lonġitudinali medjana tal-vettura; il-pjan li jmiss it-tarf ta’ fuq tal-pjanċa u li jifforma angolu mkejjel lejn ‘l fuq ta’ 15º ma’ dak orrizontali; il-pjan orizzontali minn ġot-tarf t’isfel tal-pjanċa (madankollu, jekk l-għoli tat-tarf ta’ fuq tal-pjanċa mill-art ikun aktar minn 1.20 metri, dan il-pjan ta’ l-aħħar għandu jifforma angolu mkejjel lejn ‘l isfel ta’ 15º ma’ dak orrizzontali).

2.6. Id-determinazzjoni tal-għoli tal-pjanċa mill--art

L-għoli mogħti fi 2.3, 2.4 u 2.5 għandu jitkejjel meta l-vettura tkun mingħajr l-ebda tagħbija.

--------------------------------------------------