31968R0821



Official Journal L 149 , 29/06/1968 P. 0046 - 0047
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0074
Danish special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0189
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0074
English special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0197
Greek special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0093
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 2 P. 0168
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 2 P. 0168


Ir-Regolament (KEE) Nru 821/68 tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Ġunju 1968

dwar id-definizzjoni, applikabli għall-għoti tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ta’ qmuħ taċ-ċireali bil-qoxra u qmuħ perlati taċ-ċireali.

IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill Nru 120/67/KEE [1] tat-13 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċireali u partikolarment l-Artikolu 16(4) tiegħu;

Billi r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għandha tikkunsidra l-kwalità tal-prodott ipproċessat miċ-ċireali li jikkwalifika dwarha, biex ma jkunx il-każ li l-fondi pubbliċi jikkontribwixxu għall-esportazzjoni ta’ merkanzija ta’ kwalità inferjuri; billi huwa għalhekk meħtieġ li tkun stabbilita definizzjoni preċiża, applikabbli f’kull Stat Membru, ta’ qmuħ taċ-ċireali li jikkwalifikaw għal rifużjoni fuq "qmuħ mingħajr qoxra" u "qmuħ perlati";

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali;

ADOTTAT DAN ID-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ qmuħ perlati u qmuħ mingħajr qoxra taċ-ċireali, għandu jkun dwar dawk li jkollhom il-karatteristiċi elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament gandu jidol fis-se fl-1 ta' Lulju 1968

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Ġunju 1968.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean Rey

[1] ĠU C 117, tat-13.6.1967, p. 2269/67

--------------------------------------------------

ANNESS

DEFINIZZJONI TA’ "QMUĦ MINGĦAJR QOXRA" (MAĦRUĠA MILL-QOXRA JEW MIL-FOSDQA) U "QMUĦ PERLATI"

A. "Qmuħ mingħajr qoxra" tinkludi il-qmuħ maħruġa mill-qoxra jew il-fosdqa:

1. Qmuħ maħruġa mill-qoxra:

huma qmuħ taċ-ċireali bil-perikarpa mneħħija jew qmuħ taċ-ċereali kif midrusa (ara n-noti esplanatorji tat-tariffa ta’ l-intestatura Nru 10.03: qmuħ) bl-iskaldi mneħħija li jeħlu mal-perikarpa (bħal per eżempju max-xgħir bix-xniexel) jew li jkopru l-qmuħ hekk sewwa li l-iskaldi ma jkunux jistgħu jitneħħew bid-dris, eċċ., (bħal fil-każ tal-ħafur).

2. Qmuħ maħruġa mill-fosdqa:

huma qmuħ (bħal fil-każ ta’ xgħir, bl-iskaldi mneħħija) li jkollhom il-part l-kbira tal-perikarpa jew tat-tegument (ir-ras) imneħħija.

B. "Qmuħ ipperlati" jinkludu dawn li ġejjin:

(a) qmuħ li jikkorrespondu ma d-definizzjoni li ġejja:

qmuħ ipperlati taċ-ċereali, prinċipalment tax-xgħir, li jkollhom ir-tegument, il-perkarpi, il-qalba kollha u l-parti l-kbira tal-qoxra ta’ barra u s-saff alkuron imneħħija, u li huma uniformi fid-daqs u ta’ għamla tonda,

(b) u li b’żieda ma dan jilħqu dawn il-ħtiġiet li ġejjin:

1. It-tneħħija tat-tegument, il-ħliefa u l-qoxra skond id-definizzjoni;

2. Ir-regolarità tal-qmuħ:

(a) 75 % tal-qmuħ m’għandhomx jeċċedu 20 % tad-dm;

(b) 94 % tal-qmuħ jiżdiedu progressivament bejn 3 % u 97 % m’għandhomx jeċċedu 20 % tad-dm;

(ċ) 100 % tal-qmuħ m’għandhomx jeċċedu 50 % tad-dm;

Determinazzjoni tar-regolarità b’analiżi ta’ l-għarbiel bl-użu ta’ għeriebel b’toqob tondi.

dm : il-valur medjan, akwistat mill-grafika tar-riżultati ta’ l-analisi ta’ l-għarbiel fil-punt li fih 50 % tal-prodott ikun għadda mill-għarbiel.

L-analiżi ta’ l-għarbiel

Apparat:

- Sett ta’ għeriebel bit-toqba tonda (dijametru 200 mm, dijametru tat-toqob 4 70 sa 1 79 mm, f’intervalli ta’ 0,725 mm);

- Apparat ta’ l-għarbiel - għandhom ikunu mgħarbla bl-idejn; għajnuniet għall-għarbiel (dadi tal-lastiku ta’ 20 mm fid-daqs);

- Miżien tal-preċiżjoni.

Metodu:

Normalment ix-xgħir ipperlat ikun mgħoddi minn sitt għeriebel differenti; is-sett ta’ l-għeriebel ikun magħluq fin-naħa ta’ fuq u fin-naħa ta’ isfel, b’għarbiel bit-toqob l-aktar kbar imqiegħed fin-naħa ta’ fuq; l-għeriebel ta’ fuq nett u ta’ isfel nett għandhom ikunu vota wara li jkunu magħrbla.

Żewġ kampjuni tax-xgħir ipperlat ta’ piż miżgħun ta’ bejn 50 u 100 gramma huma magħrbla bl-idejn għal mill anqas ħames minuti, bl-għajnuna ta’ dadi tal-lastiku.

L-imgħarbel jikkonsisti billi jittieħed sett ta’ għeriebel bl-idejn u jkunu mċaqilqa, pjuttost orizzontalment, 120 darba kull minuta, kull ċaqlieqa tivvjaġġa madwar 70 mm. Dan il-moviment l’hinn u l’hawn huwa interrot kull minuta b’moviment tripplu ċirkolari. Il-fdalijiet mill-għarbiel huma miżuna lejn l-eqreb 0 71 g u espresi bħala persentaġġ tal-prodott mgħarbel li għandu jkun miżun lejn l-eqreb numru sħiħ, u l-medja kkalkolata.

Il-medja tal-persentaġġi tar-residwi mgħarbla għandha tkun miżjudha progressivament, tibda bil-valur 0 % fir-rigward tar-residwu mill-għarbiel vojt bit-toqob l-aktar kbar. Il-persentaġġi magħduda ( %) u fil-qisien tat-toqob fl-għeriebel korresspondenti huma mpinġija fl-assi kkordinati fuq karta millimetrika, il- ( %) fl-ordinati u d-dijametri tat-toqob, fi mm, fil- abscissae.

Il-valur medjan (dm) huwa l-wisa’ tat-toqba espress f’mijjiet ta’ mm għall- ( %) = 50, u jinqara mil-grafika akwistata billi jinġibdu linji dritti bejn il-punti.

--------------------------------------------------