31968R0316



Official Journal L 071 , 21/03/1968 P. 0008 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0016
Danish special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0052
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0016
English special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0053
Greek special edition: Chapter 03 Volume 33 P. 0014
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 2 P. 0109
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 2 P. 0109


Ir-Regolament (KEE) Nru 316/68 tal-Kunsill

tat-12 ta’ marzu 1968

li jiffissa l-istandards ta’ kwalità għall-fjuri maqtugħa friski u weraq frisk ornamentali

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

wara li kkunsidra t-trattat li jwaqqaf il-komunità ekonomika ewropea;

wara li kkunsidra r-regolament tal-kunsill (kee) n 234/68 [1] dwar it-twaqqif ta’ l-organizzazjoni komuni tas-suq tas-siġar ħajja u pjanti oħra, basal, għeruq u oġġetti oħra ta’ din ix-xorta, fjuri maqtugħa u weraq ornamentali, u b’mod partikolari l-artikolu 3 tiegħu;

wara li kkonsidra l-proposta tal-kummissjoni;

billi hemm negozju sostanzjali fil-fjuri friski maqtugħa u weraw frisk ornamentali kemm fil-komunità u bejn l-istati membri u pajjizi terzi; billi t-titjib u l-istandardizzazzjoni tal-kwalitajiet tal-prodotti marketed huwa mixtieq; billi, għalhekk, għandhom jiġu adottati standards komuni ta’ kwalità;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

1. L-istandards ta’ kwalità għandhom ikunu ffissati għall-:

- fjuri maqtugħa friski u blanzuni tal-fjuri ta’ tip li jkun adattati għall-bukketti jew għall-għanijiet ornamentali, li jaqgħu taħt is-subintestatura n 06.03 a tat-tariffa doganali komuni,

- weraq frisk ornamentali, weraq, zkuk u partijiet oħra ta’ pjanti li jaqgħu taħt is-subintestatura n 06.04 a ii tat-tariffa doganali komuni.

2. Dawn l-istandards ta’ kwalità huma definiti fl-anness i.

L- Artikolu 2

1. Mill-1 ta’ lulju 1968, il-prodotti speċifikati fl-artikolu 1 li ma’ jissodisfax l-istandards ta’ kwalità, ma’ jistgħux:

- Fil-komunità, jitpoġġew għall-bejgħ jew jinbiegħu fl-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa kemm minn-negozjanti jew direttament mill-produtturi,

- jiġu mportati minn pajjiz terz,

- jiġu esportati lejn pajjiz terz.

2. L-Istati membri jistgħu jkunu awtorizzati illi jieħdu miżuri li jidderogaw mid-disposizzjonijiet tat-tielet inċiż tal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ l-istandards ta’ kwalità sabiex jippermettu lill-esportaturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tan-negozju ta’ ċertu pajjizi terzi.

Awtorizzazjoni bħal dik għandha tingħata skond il-proċedura msemmija fl-artikolu 14 tar-regolament (kee) n 234/68, u l-kondizzjonijiet li għalihom tista’ tiġi soġġetta l-awtorizazzjoni għandhom jiġu determinati skond l-istess proċedura.

L- Artikolu 3

Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih jiġi ppublikat fil-ġurnal uffiċjali tal-komunitajiet ewropej.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-istati membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Marzu 1968.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Faure

[1] ĠU N L 55, tat-2.3.1968, p. 1.

--------------------------------------------------

L-Anness I

Standards komuni ta’ kwalità għall-fjuri maqtugħa

i. Definizzjoni tal-prodott

Dawn l-istandards għandhom japplikaw għall-fjuri maqtugħa friski u blanzuni tal-fjuri ta’ tip adattati għall-bukketti jew għall-għanijiet ornamentali, li jaqgħu taħt is-subintestatura n 06.03 a tat-tariffa doganali komuni,

ii. Rekwiżiti ta’ kwalità

a. Rekwiżiti minimi

Il-prodotti iridu jiġu maqtugħa jew miġbura b’attenzjoni, skond l-ispeċje, u jkunu laħqu stadju ta’ tkabbir adattat.

b. Klassifikazzjoni

(i) Klassi i

Il-prodott f’din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. għandu jkollu l-karatteristiċi ta’ l-ispeċje u, fejn xieraq, tal-varjetà (cultivar).

Kull parti tal-fjuri maqtugħa għandha tkun:

- sħiħa,

- friska,

- ħielsa minn parassiti li jattakkaw l-annimali jew il-ħxejjex u minn ħsara ikkawżata minn dawn,

- ħielsa minn fdalijiet ta’ pestiċidi u materjali barranin oħrajn li jaffettwaw id-dehra,

- mingħajr daqqiet,

- ħielsa minn difetti ta’ l-iżvilupp; għall-qronfol buttun maqsum mhux ikkonsidrat bħala difett fl-iżvilupp.

Madankollu, fir-rigward tal-qronfol amerikan, fjuri bil-buttun maqsum għandhom ikunu mdawra b’ħolqa, mpoġġija separatament f’lottijiet uniformi u l-pakketti immarkati kif xieraq.

Iz-zkuk għandhom, skond l-ispeċi u l-varjetà (cultivar) jkunu sodi u b’saħħithom biżżejjed biex isostnu l-fjura(i).

(ii) Klass ii

Din il-klassi għandha tinkludi l-prodotti kollha li ma’ jilħqux ir-rekwiżiti tal-klassi i.

Kull parti tal-fjuri maqtugħa għandha tkun:

- sħiħa,

- friska,

- ħielsa minn annimali parassiti.

Il-fjuri jistgħu, madankollu, jkollhom id-difetti li ġejjin:

- malformazzjoni ħafifa,

- daqqiet ħfief,

- ħsara ħafifa kkaġunata, per eżempju, minn mard jew annimali parassiti,

- żkuk inqas sodi u wieqfa,

- marki żgħar ikkaġunati bit-trattament bil-pestiċidi.

Id-difetti permessi m’għandhomx itellfu mill-kwalità li l-fjuri jżommu, l-apparenza jew l-utilità tal-prodotti.

ċ. Klassi żejda

prodotti li jikkwalifikaw għall-klassi i mingħajr l-għajnuna ta’ xi toleranza fil-kwalità jistgħu jiġu immarkati żejda. madankollu, din il-klassifikazzjoni ma’ tistax tintuża għall-qronfol amerikan bil-buttun maqsum.

iii. Disposizzjonijiet speċjali

Id-disposizzjonijiet speċjali għal ċertu tipi ta’ fjuri msemmija fl-anness i a għandhom japplikaw bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-anness.

iv. Daqs

Għall-fjuri maqtugħa, id-daqs għandu mill-inqas jaqbel mal-gradazzjoni li ġejja:

kodiċi | tat-tul |

0 | inqas minn 5 ċm jew fjuri mibjugħa mingħajr zkuk |

5 | 5 – 10 ċm |

10 | 10 – 15 ċm |

15 | 15 – 20 ċm |

20 | 20 – 30 ċm |

30 | 30 – 40 ċm |

40 | 40 – 50 ċm |

50 | 50 – 60 ċm |

60 | 60 – 80 ċm |

80 | 80 – 100 ċm |

100 | 100 – 120 ċm |

120 | aktar minn 120 ċm |

Dawn it-tulijiet jinkludu ras il-fjura.

Id-differeza għall kull unità ta’ preżentazzjoni (mazz, bukkett, kaxxa u oħrajn simili) bejn it-tul massimu u dak minimu tal-fjuri fl-unità ma’ jistgħax jeċċedi:

- 2,5 ċm għall-fjuri fil-kodiċi 15 u taħtu,

- 5,0 ċm għall-fjuri fil-kodiċi 20 (inkluż) sa 50 (inkluż),

- 10,0 ċm għall-fjuri fil-kodiċi 60 u fuqu.

Din id-differenza tista’ tiġi rduppjata għall-fjuri ppreżentati fil-forma ta’ mrewħa. għall-kristantemi bi fjuri kbar ippreżentati fil-forma ta’ mrewħa din id-differenza tista’ tiżdied sa 20 ċm għall-fjuri fil-kodiċi 20 sa 50 (inklużi).

Il-grad tad-daqs u t-tulijiet uniformi provduti hawn fuq ma’ japplikawx għall-mimosa.

It-tul minimu għaz-zkuk tal-mimosa għandu jkun iffissat għal 20 ċm. madankollu, mazzijiet u bukketti komposti esklussivament minn zkuk żgħar ta’ tul anqas minn 20 ċm jistgħu ikunu aċċettati basta l-kliem "zokk qasir" jew terminu ekwivalenti jidher fuq il-pakketti.

v. tolleranzi ta’ kwalità

tolleranzi ta’ kwalità jistgħu ikunu permessi f’kull unità ta’ preżentazzjoni kif ġej:

(i) Klassi i

5 % tal-fjuri maqtugħa jista’ jkollhom difetti żgħar, bil-kondizzjoni li l-uniformità tal-fjuri f’unità ta’ preżentazzjoni ma’ tkunx affettwata.

(ii) Klass ii

10 % tal-fjuri maqtugħa jistgħu ivarjaw mir-rekwiżiti tal-klassi. nofs dan il-perċentwali jistgħa jkun ġie attakkat minn parassiti ta’ oriġini mill-annimali jew veġetali.

Id-difetti in kwistjoni m’għandhomx itelfu mill-utilità tal-prodotti.

vi. Ippakjar u preżentazzjoni

a. Preżentazzjoni

Unità ta’ preżentazzjoni (mazz, bukkett, kaxxa jew oħrajn simili), għandhom jikkonsistu f’5, 10 jew numru immoltiplikat b’10 biċċiet. madankollu, fjuri normalment mibjugħa bil-waħda u dawk normalment mibjugħa bl-użin huma eżentati minn din ir-regola.

b. Uniformità

Kull unità ta’ preżentazzjoni (mazz, bukkett, kaxxa u oħrajn simili) għandu jkun fiha fjuri ta’ l-istess razza, speċji jew varjetà (cultivar) u ta’ l-istess klassi ta’ kwalità, u li jkunu laħqu l-istess stadju ta’ żvilupp.

Taħlit ta’ fjuri jew taħlit ta’ fjuri b’weraq ta’ razez, speċji jew varjetà (cultivar) differenti huma madankollu permessi sakemm jintużaw prodotti ta’ l-istess klassi ta’ kwalità u sakemm ikunu immarkati kif xieraq.

ċ. Ippakkjar

L-ippakkjar għandu jiproteġi il-prodott b’mod adegwat. karti jew materjali oħra li jiġu f’kuntatt dirett mal-fjuri għandhom ikunu ġodda.

vii. Immarkar

Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jakkompanjaw il-prodotti:

a. Identifikazzjoni

minn qed jibgħathom jew | l-isem u l-indirizz jew il-marka tal-kodiċi |

minn jippakkja | |

b. In-natura tal-prodott

- razza,

- speċji jew varjetà (cultivar) jew kulur tal-fjuri,

- fejn xieraq, il-kelma "taħlita"(jew terminu ekwivalenti).

ċ. Oriġini tal-prodott (mhux obbligatorju)

Reġjun ta’ l-oriġini, jew isem nazzjonali, reġjonali jew lokali.

d. Speċifikazzjonijiet kummerċjali

- klassi,

- daqs (kodiċi tat-tul) jew tul minimu u massimu,

- numru jew piż nett.

e. Marka ta’ kontroll uffiċjali (mhux obbligatorja)

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Standards ta’ kwalità komuni għall-weraq friski ornamentali

i. Deskrizzjoni tal-prodott

Dawn l-istandards għandhom japplikaw għall-weraq friski ornamentali, weraq, żkuk u partijiet oħra ta’ pjanti li jaqgħu taħt is-subintestatura n 06.04 a ii tat-tariffa doganali komuni.

ii. Rekwiżiti ta’ kwalità

Il-prodotti għandhom ikunu:

- ta’ apparenza friska,

- ħielsa minn fdalijiet tal-pestiċidi u materjali barranin oħrajn li jaffettwaw l-apparenza,

- ħielsa minn parassiti ta’ l-annimali jew tal-ħxejjex u minn ħsara kkawżata minn dawn li ttellef mill-apparenza ġenerali,

- mingħajr difetti, bħal daqqiet jew midbiela, li jtelfu mill-apparenza ġenerali,

- mingħajr umdita esterna eċċessiva,

- li jkollhom il-kulur tipiku ta’ l-ispeċje tal-varjetà.

Il-prodotti għandhom ikunu maqtugħa b’attenzjoni u jkunu laħqu stadju ta’ maturita suffiċjenti.

iii. Disposizzjonijiet speċjali

Id-disposizzjonijiet speċjali fir-rigward il-felċa ta’ l-asparaġi msemmija fl-anness ii a jissuplimentaw id-disposizzjonijiet ta’ dan l-anness.

iv. Tolleranzi ta’ kwalità

It-tolleranzi ta’ kwalità jistgħu ikunu permessi f’kull unità ta’ preżentazzjoni kif ser jingħad: 10 % tal-weraq frisk ornamentali jista’ jvarja mir-rekwiżiti elenkati taħt ii.

v. Immarkar

Il-partikolaritajiet li ġejjin għandhom jakkompanjaw il-prodotti:

a. Identifikazzjoni

minn qed jibgħathom jew | l-isem u l-indirizz jew il-marka tal-kodiċi |

minn jippakkja | |

b. In-natura tal-prodott

"Weraq frisk ornamentali", jew ir-razza jew l-ispeċji.

--------------------------------------------------