Official Journal L 071 , 21/03/1968 P. 0001 - 0007
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0009
Danish special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0046
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 2 P. 0009
English special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0046
Greek special edition: Chapter 03 Volume 33 P. 0007
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 2 P. 0102
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 2 P. 0102
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/68 tat-12 ta’ Marzu 1968 li jistabbilixxi l-istandards tal-kwalità għall-basal tal-fjuri, basal tal-qasab u tuberi IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) N 234/68 [1] tas-27 Frar 1968 dwar l-istabbiliment ta’ organizzazjoni komuni tas-suq tas-siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u oġġetti oħra ta’ din ix-xorta, fjuri maqtugħa u weraq għat-tiżjin, u b’mod partikolari l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament; Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni; Billi hemm kummerċ sostanzjali fil-basal tal-fjuri, basal tal-qasab u tuberi kemm fil-Komunità kif ukoll bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi; billi il-kontinwazzjoni u l-iżvilupp ta’ dak il-mudell ta’ kummerċ jitlob li jiġu stabbiliti standards ta’ kwalità komuni; ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ghandhom jiġu stabbiliti standards ta’ kwalità għall-basal, tuberi, għeruq tat-tuberi, basal tal-qasab, klil tal-ward u riżomi, imraqqda, li jaqgħu taħt is-subintestatura Nru 06.01 A tat-Tariffa Doganali Komuni. Dawn l-istandards ta’ kwalità huma definiti fl-Anness. Artikolu 2 1. ill-1 ta’ Lulju 1968, jekk il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 ma jkunux konformi ma’ l-istandards ta’ kwalità, dawn ma’ jistgħux: - jiġu esposti għall-bejgħ, offerti għall-bejgħ, mibjugħa jew ikkunsinnati lill-konsumatur għall-ħtiġiet personali tiegħu minn kummerċjant jew direttament minn produttur ġewwa l-Komunità; - jiġu esportati lejn pajjiż terz. 2. -Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati jieħdu miżuri li jidderogaw mid-dispożizzjoni tat-tieni inċiż tal-Paragrafu 1 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ l-istandards tal-kwalità sabiex jippermettu lill-esportaturi sabiex jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kummerċ ta’ ċerti pajjiżi terzi. Din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 234/68, u l-kondizzjonijiet li għalihom tista’ tkun sogġetta l-awtorizzazzjoni għandhom jiġu stabbiliti skond l-istess proċedura. 3. eta, għall-prodotti tal-ħsad ta’ l-1968, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jista’ jikkawża diffikultajiet u joħloq il-ħtieġa għal derogi minn ċerti rekwiżiti ta’ l-istandards ta’ kwalità, dawn id-derogi għandhom, fuq talba ta’ Stat Membru, jiġu adottati għall-prodotti in kwestjoni u għal perijodu stabbilit skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 234/68. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tieghu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Marzu 1968. Għall-Kunsill Il-President E. Faure [1] ĠU N L 55, 2.3.1968, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS KWALITAJIET STANDARD KOMUNI GĦAL BASAL TAL-FJURI I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT Dawn l-istandards għandhom japplikaw għal basal, tuberi, għeruq tat-tuberi, basal tal-qasab, klil tal-ward u riżomi, imraqqda, li jaqgħu taħt is-subintestatura Nru 06.01 A tat-Tariffa Doganali Komuni. II. KWALITAJIET MINIMI MEĦTIEĠA Il-prodott għandu jkun: - ġenwin; - b’saħħtu; - sħiħ, bla ebda ħsara; - nadif; - ħieles minn umdità mhux normali fil-wiċċ tiegħu; - sviluppat sew; - ħieles minn kull difett. Il-prodott irid jissodisfa il-ħtieġiet leġittimi tal-konsumator fir-rigward ta’ tkabbir u fjuri. III. DAQS Id-daqsijiet minimi u l-gradazzjoni tad-daqs għandhom ikunu indikati għall-prodotti li ġejjin kif speċifikat hawn taħt: Noti: A = Ċirkonferenza: id-dimensjonijiet murija huma dawk ta' l-akbar ċirkonferenza mkejjla b'mod perpendikulari mal-fus taz-zokk B = Għarbiel:id-dimensjonijiet murija huma dawk ta' l-għeriebel użati biex jiġi kkalkulat id-daqs. Il-grad tad-daqs għandu jiġi stabbilit skond l-għarbiel li minnu l-basla ma tistax tgħaddi u mill-għarbiel aktar kbir li jmiss. C = Skala normali: daqsijiet inklużi fl-istess grad tad-daqs għandhom jiġu rappreżentati b'mod uniformi f'lott partikolari. D = Dijametru: id-dimensjonijiet murija huma dawk ta' l-akbar dijametru meħud b'mod perpendikulari mal-fus taz-zokk. E = Piż F = Gradazzjoni bl-idejn: Basal li d-daqs taghhom jigi gradat fuq l-ghajnejn. Nru | Deskrizzjoni botanika tal-prodott | Metodu ta' gradazzjoni (deskrizzjoni teknika; ara n-noti) | Daqs minimu | Gradi tad-daqs | 1 | Anemone coronaria | A, B, C | 4 cm | 4–5; 5–6; 6–7; 7–8; 8 u iżjed | 2.0 | Begonia, mhux elenkati imkien ieħor | D | 3 cm | 3–4; 4–5; 5–6; 4–6; 6 u iżjed | 2.1 | – tuberhybrida multiflora | D | 2,5 cm | 2,5–5; 5 u iżjed | 2.2 | – tuberhybrida m. maxima | D | 2,5 cm | 2,5–3,5; 3,5–5; 5 u iżjed | 2.3 | – x bertinii compacta | D | 2,5 cm | 2,5–3,5; 3,5–5; 5 u iżjed | 2.4 | – boliviensis O. Lamarck | D | 2,5 cm | 2,5–3,5; 3,5–5; 5 u iżjed | 2.5 | – x bertinii (Section Huszia) | D | 3 cm | 3–5; 5 u iżjed | 2.6 | – x bertinii marginata | D | 3 cm | 3–5; 5 u iżjed | 3.0 | Crocus (fjuri tar-Rebbiegħa), mhux elenkati mkien ieħor | A, B | 7 cm | 7–8; 8–9; 9–10; 10 u iżjed | 3.1 | – (speċi) mhux elenkati mkien ieħor | A, B | 5 cm | xejn | 3.2 | – imperati | A, B | 4 cm | xejn | 3.3 | – minimus | A, B | 4 cm | xejn | 3.4 | – tomasianus | A, B | 4 cm | xejn | 3.5 | – fleischeri | A, B | 3 cm | xejn | 3.6 | – laevigatus | A, B | 3 cm | xejn | 3.7 | – neapolitanus "Vanguard" (Syn. Cr. vernus) "Vanguard" | A, B | 7 cm | 7–8; 8–9; 9 u iżjed | 3.8 | – kotschyanus (Syn. Cr. zonatus) | A, B | 7 cm | 7–8; 8–9; 9 u iżjed | 3.9 | – sativus | A, B | 7 cm | 7–8; 8–9; 9 u iżjed | 4.0 | Dahlia variabilis, minbarra t-tipi: | E | 40 kg | xejn | – dalja koleretta | E | 2,5 g | xejn | – dalja, żgħir, mimli toqob | E | 2,5 g | xejn | – dalja, żgħir, waħdieni | E | 2,5 g | xejn | – dalja, żgħir, topmix | E | 2,5 g | xejn | 5 | Freżja | A | 4 cm | 4–5; 5 u iżjed | 6.0 | Gladjoli, bi blanzuni kbar | A, B, C | 8 cm | 8–10; 10–12; 12–14; 14 u iżjed | 6.1 | – primulinus | A, B C | 7 cm | 7–8; 8–10; 10–12; 12 u iżjed | 6.2 | – Heraud | A, B, C | 7 cm | 7–8; 8–10; 10–12; 12 u iżjed | 6.3 | – Papillon | A, B, C | 7 cm | 7–8; 8–10; 10–12; 12 u iżjed | 6.4 | – byzantinus | A, B, C | 6 cm | 6–7; 7–8; 8–10; 10–12; 12 u iżjed | 6.5 | – communis | A, B, C | 6 cm | 6–7; 7–8; 8–10; 10–12; 12 u iżjed | 6.6 | – x nanus | A, B, C | 6 cm | 6–7; 7–8; 8–10; 10–12; 12 u iżjed | 6.7 | – colvilleix | A, B, C | 5 cm | | 7.0 | Hyacinthus orientalis | A, B, C | 14 cm | 14–15; 15–16; 16–17; 17–18; 18–19; 19 u iżjed | 7.1 | – – "Rosalie" | A, B, C | 13 cm | 13–14; 14–15; 15–16; 16 u iżjed | 7.2 | – – "Romanus" | A, B, C | 8 cm | 8–9; 9–10; 10–11; 11–12; 12–13; 13–14; 14–15; 15–16; 16 u iżjed | 7.3 | – – var. albulus | A, B, C | 8 cm | 8–9; 9–10; 10–11; 11–12; 12–13; 13–14; 14–15; 15–16; 16 u iżjed | 8.1 | Iris "Wedgwood" | A, B, C | 8 cm | 8–9; 9–10; 10 u iżjed | 8.2 | – Prof. Blaauw' | A, B, C | 8 cm | 8–9; 9–10; 10 u iżjed | 8.3 | – xiphioides (Ingliża) | A, B, C | 7 cm | 7–8; 8–9; 9 u iżjed | 8.4 | – x hollandica, minbarra l-varjetajiet li ġejjin: | A, B, C | 6 cm | 6–7; 7–8; 8 u iżjed | 8.5 | – – Ankara, Bronze Queen, Bronze Beauty, Early Bronze, Golden Bronze, Huchtenburg, Le Mogul, Yellow Queen | A, B, C | 5 cm | 5–6; 6–7; 7 u iżjed | 8.6 | – xiphium (Spanjol) | A, B, C | 4 cm | 4–5; 5 u iżjed | 8.7 | – danfordiae | A, B, C | 4,5 cm | 4,5–5; 5 u iżjed | 8.8 | – reticulata | A, B, C | 5 | 5–5,5; 5,5–6; 6 u iżjed | 8.9 | – tingitana | A, B, C | 9 | 9–10; 10–11; 11 u iżjed | 9.1 | Lilium speciosum | A | 17 cm | 7–8; 8–9; 9–10; 10–12; 12–14; 14–16; 16–18; 17–18; 18–20; 20–22; 22–24; 24 u iżjed | 9.2 | – henryi | A | 16 cm | 7–8; 8–9; 9–10; 10–12; 12–14; 14–16; 16–18; 17–18; 18–20; 20–22; 22–24; 24 u iżjed | 9.3 | – regale | A | 16 cm | 7–8; 8–9; 9–10; 10–12; 12–14; 14–16; 16–18; 17–18; 18–20; 20–22; 22–24; 24 u iżjed | 9.4 | – candidum | A | 16 cm | 7–8; 8–9; 9–10; 10–12; 12–14; 14–16; 16–18; 17–18; 18–20; 20–22; 22–24; 24 u iżjed | 9.5 | – croceum | A | 14 cm | 7–8; 8–9; 9–10; 10–12; 12–14; 14–16; 16–18; 17–18; 18–20; 20–22; 22–24; 24 u iżjed | 9.6 | – – cv. "Umbellatum" | A | 14 cm | 7–8; 8–9; 9–10; 10–12; 12–14; 14–16; 16–18; 17–18; 18–20; 20–22; 22–24; 24 u iżjed | 9.7 | (Syn. L. willmottiae) | A | 12 cm | 7–8; 8–9; 9–10; 10–12; 12–14; 14–16; 16–18; 17–18; 18–20; 20–22; 22–24; 24 u iżjed | 9.8 | – tigrinum | A | 10 cm | 7–8; 8–9; 9–10; 10–12; 12–14; 14–16; 16–18; 17–18; 18–20; 20–22; 22–24; 24 u iżjed | 9.9 | x tigrimex (Syn. L Maxwill) | A | 10 cm | 7–8; 8–9; 9–10; 10–12; 12–14; 14–16; 16–18; 17–18; 18–20; 20–22; 22–24; 24 u iżjed | 9.10 | – formosanum | A | 8 cm | 7–8; 8–9; 9–10; 10–12; 12–14; 14–16; 16–18; 17–18; 18–20; 20–22; 22–24; 24 u iżjed | 9.11 | – (Syn. L. philippinense var. formosanum) | | | 7–8; 8–9; 9–10; 10–12; 12–14; 14–16; 16–18; 17–18; 18–20; 20–22; 22–24; 24 u iżjed | 9.12 | – pumilum (Syn. L. tenuifolium) | A | 7 cm | 7–8; 8–9; 9–10; 10–12; 12–14; 14–16; 16–18; 17–18; 18–20; 20–22; 22–24; 24 u iżjed | 10.0 | Narcissus, mhux elenkat imkien iehor | F | | | 10.1 | – tazetta "Constantinople" | A | 13 cm | xejn | 10.2 | – – "Gloriosa" | A | 13 cm | xejn | 10.3 | – – "Grand Monarque" | A | 13 cm | xejn | 10.4 | – – "d'or aureus" | A | 13 cm | xejn | 10.5 | – – "Paperwhite" | A | 12 cm | xejn | 10.6 | – – "Papyraceus" (Syn. N. taz. totus albus) | A | 10 cm | xejn | 11 | Ranunculus | F | 'Klil' imlaħħam b'ta' mill-inqas 5 punti | xejn | 12 | Sinningia (Syn. Gloxinia) | D | 4 cm | 4–5; 5–6; 4–6; 6 u iżjed | 13.0 | Tulipa, minbarra: | A, B, C | Għarbiel 11 | 11–12; 12 u iżjed | 13.1 | – tulipani, early cottage | A, B, C | Għarbiel 10 | 10–11; 11–12; 12 u iżjed | 13.2 | – tulipani, li jagħmlu l-fjuri kmieni | A, B, C | Għarbiel 10 | 10–11; 11–12; 12 u iżjed | 13.3 | – tulipani, kuluri mżewwqa Bizarres, Bijbloemen, Rembrandt, mingħajr il-varjetajiet: | A, B, C | Għarbiel 10 | 10–11; 11–12; 12 u iżjed | 13.4 | "Cordell Hull""American Flag", "Montgomery" | A, B, C | Għarbiel 11 | 11–12; 12 u iżjed | 13.5 | – Tulipani "perroquet", Café Brun, Café Pourpre, Amiral de Constantinople, Crimson Beauty, Lutea major, Mark-graaf van Baden, Perfects— tulipani, botaniċi | A, B, C | Għarbiel 9 | 9–10; 10–11; 11–12; 12 u iżjed | 13.6 | Tulipa fosteriana | A, B, C | Għarbiel 10 | 10–11; 11–12; 12 u iżjed | 13.7 | – – "Rockery Beauty" | A, B, C | 8 cm | 8–9; 9–10; 10 u iżjed | 13.8 | Tulipa kaufmanniana | A, B, C | 8 cm | 8–9; 9–10; 10 u iżjed | 13.9 | – – Alfred Cortot, Elliot, Gluck, Vivaldi | A, B, C | 9 cm | 9–10; 10–11; 11 u iżjed | 13.10 | – – Bellini, Edwin Fischer, Fair Lady, Fritz Kreisler, Gaiety, Golden Sun, Goudstuk, Lady Rose, Mendelssohn, Robert Schumann, Solanus, Stresa, Sweelinck | A, B, C | Għarbiel 8 | 8–9; 9–10; 10–11; 11–12; 12 u iżjed | 13.11 | Tulipa kaufmanniana x greigii Hybrides | A, B, C | 8 cm | 8–9; 9–10; 10 u iżjed | 13.12 | Tulipa eichleri | A, B, C | 8 cm | 8–9; 9–10; 10 u iżjed | 13.13 | – – cv. "Excelsa" | A, B, C | 8 cm | 8–9; 9–10; 10 u iżjed | 13.14 | Tulipa greigii | A, B, C | 10 cm | 10–11; 11–12; 12 u iżjed | 13.15 | – praestans 'Fusilier' | A, B, C | 10 cm | 10–11; 11–12; 12 u iżjed | 13.16 | – – l-oħrajn kollha | A, B, C | 8 cm | 8–9; 9–10; 10 u iżjed | 13.17 | – – cv. "van Tubergens" | A, B, C | 8 cm | 8–9; 9–10; 10 u iżjed | 13.18 | – – cv. "Zwanenburg" | A, B, C | 8 cm | 8–9; 9–10; 10 u iżjed | 13.19 | Tulipa acuminata | A, B, C | 8 cm | 8–9; 9–10; 10 u iżjed | 13.20 | Tulipa celsiana (Syn. T. persica) | A, B, C | 6 cm | 6–7; 7–8; 8 u iżjed | 13.21 | – marjoletti | A, B, C | 6 cm | 6–7; 7–8; 8 u iżjed | 13.22 | – orphanidea | A, B, C | 6 cm | 6–7; 7–8; 8 u iżjed | 13.23 | – florentina | A, B, C | 5 cm | 5–6; 6–7; 7 u iżjed | 13.24 | – hageri | A, B, C | 5 cm | 5–6; 6–7; 7 u iżjed | 13.25 | – – "Splendens" | A, B, C | 5 cm | 5–6; 6–7; 7 u iżjed | 13.26 | – Kolpakowskiana | A, B, C | 5 cm | 5–6; 6–7; 7 u iżjed | 13.27 | – preacox | A, B, C | 5 cm | 5–6; 6–7; 7 u iżjed | 13.28 | – silvestris "Major" | A, B, C | 5 cm | 5–6; 6–7; 7 u iżjed | 13.29 | – – var. taebris | A, B, C | 5 cm | 5–6; 6–7; 7 u iżjed | 13.30 | – tarda (Syn. T. dasystemon) | A, B, C | 5 cm | 5–6; 6–7; 7 u iżjed | 13.32 | – chrysantha | A, B, C | 3 cm | 3–4; 4–5; 5 u iżjed | 13.32 | – Tulipani botaniċi mhux elenkati mkien ieħor | A, B, C | 4 cm | 4–5; 5–6; 6 u iżjed | IV. TOLLERANZI TAD-DAQS Fir-rigward ta’ prodotti li d-daqs minimu u l-grad tad-daqs tagħhom huma stabbiliti, it-tolleranzi sa 10 % skond il-piż jew skond in-numru ta’ basal għandhom jitħallew għal kull pakkett għal basal li jagħmlu l-fjuri li d-daqs tagħhom jeċċedi jew huwa inqas mill-grad tad-daqs indikat, għajr jekk jinxtorbu minħabba tnixxif normali. Ebda tolleranza m’għandha tkun permessa fir-rigward ta’ daqsijiet li huma inqas mid-daqsijiet minimi murija, ħlief jekk jinxtorbu minħabba tnixxif normali. V. IPPAKKJAR U PREŻENTAZZJONI Kull pakkett tal-bejgħ jista’ jkollu f’unitajiet ippakkjati (pakketti, eċċ) prodotti ta’ varjetajiet, speċji u tipi differenti. Kull unità ppakkjata, madanakollu, jista’ jkollha biss prodotti ta’ l-istess speċji, ta’ varjetà waħda jew iżjed, u r-regoli dwar id-daqsijiet iridu jiġu mħarsa. VI. IMMARKAR A. PRODOTT IPPAKKJAT Il-pakketti għandhom iġibu d-dettalji li ġejjin, immarkati b’mod li jinqara sew u li ma jistax jiġi mħassar: I. Unitajiet ippakkjati (a) Identifikazzjoni Min jippakkja jewIl-Bejjiegħ | Isem u indirizz jew il-marka tal-kodici; | (b) Natura tal-prodott - tip (genus); - speċji; - varjetà (mnissla bil-koltivazzjoni) jew kulur (jekk il-prodotti jitqiegħdu fuq is-suq skond il-varjetà jew kulur) jew, jekk dan ikun approprjat, l-indikazzjoni ‘Taħlita’; (ċ) Oriġini tal-prodott (fakoltattiva) Reġjun ta’ l-oriġini, jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew lokali; (d) Speċifikazzjonijiet kummerċjali - numru ta’ oġġetti; - gradazzjoni tad-daqs, indikata billi jintwerew il-limiti superjuri u inferjuri għall-prodotti li għalihom japplikaw dawn il-limiti; - trattament ta’ tħejjija, jekk dan it-trattament ikun ġie mwettaq; (e) Timbru ta’ kontroll uffiċjali (ottimali). II. Pakketti tal-bejgħ li jkun fihom l-unitajiet ippakkjati (f) Identifikazzjoni Min jippakkja jewIl-Bejjiegħ | Isem u indirizz jew il-marka tal-kodiċi; | (g) Natura tal-prodott ‘basal li jagħmel il-fjuri’. B. PRODOTTI PREŻENTATI GĦALL-BEJGĦ BL-INGROSSA Jekk il-prodott jiġi preżentat għall-bejgħ bl-ingrossa, id-dettalji li ġejjin għandhom jintwerew fuq tikketta jew karta sabiex jiġu mgħarrfa ix-xerrejja: - tip (genus); - speċji; - varjetà (mnissla bil-koltivazzjoni) jew kulur (jekk il-prodotti jitqiegħdu fuq is-suq skond il-varjetà jew kulur) jew, jekk dan ikun approprjat, id-deskrizzjoni ‘taħlita’; - gradazzjoni tad-daqs, indikata billi jintwerew il-limiti superjuri u inferjuri għall-prodotti li għalihom japplikaw dawn il-limiti; C. PRODOTTI MAĦSUBA GĦALL-ESPORTAZJZONI LEJN PAJJIŻI TERZI Id-dettalji mogħtija taħt A I u A II għandhom jitwaħħlu mal-pakketti. L-esportatur jista’, madanakollu, jniżżel dawn id-dettalji fuq in-nota tal-kunsinna li tintbagħat ma’ l-oġġetti, u f’dan il-każ għandu jitpoġġa numru ta’ referenza fuq kull pakkett. --------------------------------------------------