Official Journal 187 , 08/08/1967 P. 0001 - 0005
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0035
Danish special edition: Series I Chapter 1967 P. 0199
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0035
English special edition: Series I Chapter 1967 P. 0222
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0102
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0123
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0123
Ir-Regolament Nru 422/67/KEE tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju 1967 li jistabilixxi l-emolumenti tal-president u l-membri tal-kummissjoni u tal-president, ta' l-imħallfin, ta' l-avukati ġenerali u tar-reġistratur tal-qorti tal-ġustizzja Il-kunsill tal-komunitajiet ewropej, Wara li kkunsidra t-trattat li jistabilixxi kunsill wieħed u kummissjoni waħda [1], u b' mod partikolari l-artikolu 6 tiegħu, u l-artikoli 20 u 21 tal-protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-komunitajiet ewropej [2]: Billi huwa għall-kunsill biex jistabilixxi s-salarji, l-gratifakazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-president u tal-membri tal-kummissjoni u tal-president, ta'l-imħallfin, ta' l-avukati ġenerali u tar-reġistratur tal-qorti tal-ġustizzja, flimkien ma' kwalunkwe ħlas li għandu jsir minflok remunerazzjoni: Adotta dan ir-regolament: Artikolu 1 Mid-data meta jibdew il-kompiti tagħhom sa l-aħħar jum tax-xahar fejn ma jibqgħux iżommu l-kariga tagħhom, il-membri tal-kummissjoni u l-membri tal-qorti għandhom ikunu intitolati għal salarji bażiku, gratifakazzjonijiet tal-familja u gratifikazzjonijiet oħrajn. Artikolu 2 1. Is-salarju bażiku fix-xahar tal-membri tal-kummissjoni għandu jkun: President | bfrs 111300 | Viċi-president | bfrs 100550 | Membri oħrajn | 89950 | 2. Is-salarju bażiku fix-xahar tal-membri tal-qorti għandu jkun: President | bfrs 111300 | Imħallef jew avukati ġenerali | bfrs 89950 | Reġistratur | bfrs 80950 | Artikolu 3 1. (a) gratifikazzjoni għall-kap tal-familja, daqs 5 % tas-salarju bażiku: (b) gratifikazzjoni tat-tfal dipendenti, daqs 1100 għal kull tifel/tifla fix-xahar: (ċ) gratifikazzjoni ta' l-edukazzjoni. 2. "kap tal-familja" tfisser membru miżżewweġ tal-kummissjoni jew tal-qorti, jew membru li għandu tfal dipendenti. Fejn iż-żewġ huwa/hija impjegata b' paga, il-membru m' għandux ikun intitolat għall-gratifakazzjoni tal-kap tal-familja. 3. "tfal dipendenti" tfisser it-tfal leġittimi, naturali jew addottati ta' membru tal-kummissjoni jew tal-qorti, jew ta' żewġu, li attwalment qed jiġu mantnuti minn dak il-membru tal-kummissjoni jew tal-qorti. Il-gratifakazzjoni għandha tingħata rigward: - tfal taħt tmintax-il sena - tfal bejn tmintax-il sena u ħamsa u għoxrin sena li qed jirċievi edukazzjoni jew stħarriġ professjonali full-time. Il-ħlas tal-gratifakazzjoni rigward tifel minħabba mard jew diżabilità gravi ġie prevenut milli jaqla' l-flus għall-għixien tiegħu għandu jkompli għat-terminu kollu tal-mard jew tad-diżabilità in kwistjoni, irrispettivament mill-età. 4. Rigward kull tifel dipendenti fis-sens tal-paragrafu 3 li qed jattendi b' mod regolari u full-time fi stabbiliment ta' l-edukazzjoni, il-membru tal-kummissjoni jew tal-qorti għandu minbarra dan ikun intitolat għall-gratifakazzjoni għall-edukazzjoni daqs l-ispejjeż attwali ta' l-edukazzjoni li ntefqu minnu sa massimu ta' bfrs 1000 fix-xahar. id-dritt għal din il-gratifikazzjoni jibda mill-ewwel jum tax-xahar meta t-tifel jibda jattendi skola primarja u jieqaf fl-aħħar tax-xahar meta t-tifel jilħaq il-ħamsa u għoxrin sena. Artikolu 4 1. Membri tal-kummissjoni jew tal-qorti għandhom ikunu intitolati għall-gratifakazzjoni tar-residenza daqs 15 % tas-salarju bażiku tagħhom. 2. Għandha tħallas il-gratifakazzjoni tar-rappreżentanza fix-xahar lill-membri tal-kummissjoni kif ġej: President | bfrs 22100 | Viċi-president | bfrs 14200 | Membri oħrajn | bfrs 9475 | 3. Għandha tħallas il-gratifakazzjoni tar-rappreżentanza fix-xahar lill-membri tal-qorti kif ġej: President | bfrs 22100 | Imħallef jew avukati ġenerali | bfrs 9475 | Reġistratur | bfrs 8650 | L-imħallfin li jippresjedu l-kmamar tal-qorti għandhom minbarra dan jirċievu matul iż-żmien tal-kariga tagħhom il-gratifakazzjoni speċjali għall-kompiti tagħhom ta' bfrs 12625 fix-xahar. Artikolu 5 Meta jibda l-kariga tiegħu u meta jieqaf minnha, membru tal-kummissjoni jew tal-qorti għandu jkun intitolat għal: (a) gratifikazzjoni ta' l-istallazzjoni daqs xahrejn salarju bażiku meta jibda l-kariga u gratifikazzjoni ta' resettlement daqs xahar salarju bażiku meta jieqaf mill-kariga: (b) rimbors ta' l-ispejjeż tat-tneħħija ta' l-effeti personali u l-għamara tiegħu, li jinkludi assigurazzjoni kontra riskji ordinarji (serq, tkissir, nar). Jekk iż-żmien tal-kariga tiegħu jiġġedded ma jkunx intitolat għal ebda mill-gratifakazzjonijiet stabbiliti f'dan l-artikolu. Lanqas ma jkun intitolat jekk jinħatar bħala membru ta' istituzzjoni oħra tal-komunitajiet, jekk dik l-istituzzjoni għandha l-post provviżorju fil-belt fejn qabel kien meħtieġ li jirrisjedi minħabba l-kariga tiegħu u jekk fiż-żmien tal-ħatra l-ġdida ma kienx diġà effettwa ċ-ċaqliq lura għar-residenza oriġinali tiegħu. Artikolu 6 Membru tal-kummissjoni jew tal-qorti li jkun meħtieġ fil-kors tal-kariga tiegħu li jivvjaġġa' bogħod mill-post provviżorju ta' l-istituzzjoni tiegħu għandu jkun intitolat għall: (a) rimbors għall-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar: (b) rimbors għall-ispejjeż tal-lukanda (kamra. Servizzi u taxis biss): (ċ) il-gratifikazzjoni għas-sussistenza ta' bfrs 750 għal kull jum sħiħ ta' l-assenza: għal vjaġġi barra l-ewropa il-gratifakazzjoni għandha tiżdied għal bfrs 1250. Artikolu 7 1. Għal tliet snin mill-ewwel jum tax-xahar wara dak li fih ma tibqax fil-kariga, persuna li kienet membru tal-kummissjoni jew tal-qorti għandha tirċievi il-gratifakazzjoni temporanja kull xahar daqs 40 % tas-salarju bażiku li kien jirċievi meta waqaf mill-kariga jekk kien inkarigat għal inqas sentejn, daqs 45 % tas-salarju bażiku jekk kien inkarigat għal aktar minn sentejn iżda inqas minn tliet snin u daqs 50 % f'każijiet oħrajn. 2. L-intitolament għal din il-gratifikazzjoni jieqaf jekk persuna li kienet membru tal-kummissjoni jew tal-qorti terġa' tiġi appuntata fil-kariga f'waħda mill-istituzzjonijiet tal-komunitajiet jew jekk tmut. F'każ ta' riappuntament, il-gratifakazzjoni titħallas sad-data meta tibda l-kompiti tagħha; f'każ ta' mewt il-ħlas tax-xahar fejn tkun seħħet il-mewt ikun l-aħħar wieħed. 3. Jekk, matul dan il-perjodu ta' tliet snin il-persuna in kwistjoni tibda attività ġdida li taqla' l-flus, l-ammont li bih ir-remunerazzjoni grossa (i.e. Qabel it-tnaqqis tat-taxxi) flimkien ma' l-gratifikazzjoni prevista fil-paragrafu 1 jeċċedi r-remunerazzjoni, qabel it-tnaqqis tat-taxxi, li kien qed jirċievi bħala membru tal-kummissjoni jew tal-qorti skond l-artikoli 2, 3 u 4 (1) għandu jitnaqqas mill-allowance. Meta jinħadem l-ammont tar-rimunerazzoni rċevut għall-attività l-ġdida, kull forma ta' remunerazzjoni għandha tiġi inkluża, ħlief dawk li jirrappreżentaw rimbors ta' spejjeż. 4. Fid-data meta jieqaf mill-kariga, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena wara u fil-każ ta' kwalunkwe tibdil fis-sitwazzjoni finanzjarja, membru tal-kummissjoni jew tal-qorti għandu jiddikjara lill-president ta' l-istituzzjoni fejn kien impjegat qabel kull forma ta' rimunerazzjoni rċevuta għas-servizzi tiegħu, ħlief dawk li jirrappreżentaw rimbors ta' spejjeż. Rimunerazzjoni addizzjonali li tirċievi b' mod leġittimu persuna li kienet membru fil-kors tal-kompiti tagħha bħala membru tal-kummissjoni jew tal-qorti m' għandhiex titnaqqas mill-gratifikazzjoni temporanja. Din id-dikjarazzjoni għandha ssir fil-buona fede u għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. L-informazzjoni li tkun tinsab fiha m' għandhiex tintuża ħlief għall-iskopijiet ta' dan ir-regolament u m' għandhiex tiġi kkomunikata lil terzi. Artikolu 8 1. Wara li jieqfu mill-kariga, membri tal-kummissjoni jew tal-qorti għandhom ikunu intitolati għal pensjoni għall-ħajjithom, li titħallas mid-data meta jilħqu l-età ta' ħamsa u sittin sena. 2. Madankollu, jistgħu jitoblu li jibdew jiġbdu din il-pensjoni mill-età ta' sittin sena.f'dak il-każ koeffiċjent jiġi applikat għall-pensjoni kif ġej:- ta' l-età | Koeffiċjent | 60 sena | 0.64271 | 61 sena | 0.69762 | 62 sena | 0.75985 | 63 sena | 0.82157 | 64 sena | 0.90554 | Artikolu 9 L-ammont tal-pensjoni għandu jkun 4.5 % tas-salarju bażiku l-aħħar irċevut għal kull sena sħiħa fil-kariga u wieħed fi tnax ta' dik is-somma għal kull xahar sħiħ. Il-pensjoni massima għandha tkun 50 % tas-salarju bażiku l-aħħar irċevuta. Artikolu 10 Membru tal-kummissjoni jew tal-qorti li qed ibati minn diżabilità li titqies bħala totali li tipprevenih milli jwettaq il-kompiti tiegħu u li għal dawn ir-raġunijiet jirriżenja jew jiġi sfurzat li jirriżenja għandu jkun intitolat mid-data tar-riżejna jew riżenja forzata tiegħu għall-benefiċċji li ġejjin; (a) fejn id-diżabilità hija magħrufa bħala permanenti, għandu jkun intitolat għal pensjoni għal ħajtu maħduma skond id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 9, li m' għandhiex tkun inqas minn 25 % tas-salarju bażiku l-aħħar irċevut. Għandu jkun intitolat għall-pensjoni massima jekk l-inkapaċità hija r-riżultat ta' diżabilità jew mard li beda fil-prestazzjoni tal-kompiti tiegħu; (b) fejn id-diżabilità hija temporanja, għandu jkun intitolat, sakemm jirkupra, għal pensjoni bir-rata ta' 50 % tas-salarju bażiku l-aħħar irċevut, jekk id-diżabilità jew mard beda fil-prestazzjoni tal-kompiti tiegħu, u 25 % f'każijiet oħrajn. Meta r-reċipjent ta' din il-pensjoni tad-diżabilità jilhaq l-età ta' ħamsa u sittin sena jew il-pensjoni tad-diżabilità ilha għaddejja seba' snin għandha tiġi sostitwita b'pensjoni għall-ħajja maħduma skond id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 9. Artikolu 11 Membru tal-kummissjoni jew tal-qorti għandu jkun intitolat għall-benefiċċji ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fir-regolamenti tal-ħaddiema ta' l-uffiċjali tal-komunitajiet ewropej li jkopru mard, mard fuq ix-xogħol, inċidenti fl-industrija u benefiċċji tat-twelid u tal-mewt. Artikolu 12 Fejn huwa responsabbli terz għad-diżabilità jew il-mewt ta' membru, id-drittijiet ta' dak il-membru jew ta' dawk intitolati taħtu li jibdew proċeduri ġudizzjarji kontra t-terzi għandhom jiddevolvu fuq il-komunità sa fejn jidħlu f'obbligi skond din l-iskema tal-pensjoni. Artikolu 13 Il-gratifakazzjoni temporanja prevista fl-artikolu 7, il-pensjoni prevvista fl-artikolu 8 u l-pensjonijiet prevvisti fl-artikolu 10 m' għandhomx jinġibdu fl-istess żmien mill-istess persuna. Fejn membru tal-kummissjoni jew tal-qorti huwa intitolat li jippretendi benefiċċji taħt aktar minn waħda minn dawk id-disposizzjonijiet, għandha tgħodd biss dik id-disposizzjonijiet l-aktar favorevoli lill-persuna li qed tagħmel il-pretenzjoni. Artikolu 14 Fejn membru tal-kummissjoni jew tal-qorti jmut matul iż-żmien tal-kariga tiegħu, żewġu sopravviventi jew it-tfal dipendenti għandhom ikunu intitolati, sa l-aħħar tat-tielet xahar wara dak fejn seħħet il-mewt, għar-rimunerazzjoni li l-membru tal-kummissjoni jew tal-qorti kien ikun intitolat għalih taħt l-artikoli 2, 3 u 4 (1). Artikolu 15 1. L-armla u t-tfal dipendenti ta' membru jew ta' persuna li kienet membru tal-kummissjoni jew tal-qorti li kellu/kellha drittijiet għal pensjoni fiż-żmien tal-mewt għandhom ikunu intitolati għal pensjoni tas-sopravvivent. dik il-pensjoni għandha tkun daqs perċentwal tal-pensjoni li kellu/kellja dritt għaliha l-membru jew persuna li kienet membru tal-kummissjoni jew tal-qorti skond l-artikolu 9 fid-data tal-mewt, u ċjoe': Għar-romol | 50 % | Għal kull tifel fejn l-omm għadha ħajja | 10 % | Għal kull tifel fejn kemm il-missier kif ukoll l-omm huma mejtin | 20 % | Madankollu, jekk il-mewt tal-membru tal-kummissjoni jew tal-qorti sseħħ matul iż-żmien tal-kariga tiegħu, il-pensjoni tas-sopravvivent għandha tinħadem a bażi ta' pensjoni daqs 50 % tas-salarju bażiku li kien qiegħed jirċievi fiż-żmien tal-mewt. Fejn il-membru tal-kummissjoni jew tal-qorti li l-mewt tiegħu seħħet matul iż-żmien tal-kariga tiegħu laħaq il-pensjoni massima prevista fl-artikolu 9, il-pensjoni tas-sopravvivent għall-armla għandha tkun daqs 50 % tas-salarju bażiku li kien qiegħed jirċievi fiż-żmien tal-mewt. 2. L-ammont totali ta' dawn il-pensjonijiet tas-sopravvivent m' għandhomx jeċċedu l-ammont tal-pensjoni tal-membru jew persuna li kienet membru tal-kummissjoni jew tal-qorti li fuqha qegħdin jinħadmu. Il-massimu totali tal-pensjonijiet tas-sopravvivent għandu jinqasam, fejn jgħodd, bejn il-benefikarji skond il-perċentwali msemmija fuq. 3. Il-pensjonijiet tas-sopravvivent għandhom jinħadmu mill-ewwel jum tax-xahar tal-kalendarju wara d-data tal-mewt; madankollu, fejn id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 14 jiġu applikati, l-eliġibilità m' għandhiex tibda sa l-ewwel jum tar-raba' xahar wara dak fejn seħħet il-mewt. 4. L-intitolament għal pensjoni tas-sopravvivent għandha tieqaf fit-tmiem tax-xahar tal-kalendarju meta l-persuna intitolata tmut. Minbarra dan, l-intitolament għal pensjoni tal-ltiema għandha tieqaf fl-aħħar tax-xahar meta t-tfal jilħqu l-eta' ta' wieħed u għoxrin sena. Madankollu, l-intitolament għandu jiġi estiż fejn it-tifel qiegħed jirċievi stħarriġ professjonali, iżda mhux aktar mix-xahar fejn jilħaq l-età ta' ħamsa u għoxrin sena. il-pensjoni għandha tibqa' titħallas lil iltiem li li ma jkunx tħalla, permezz ta' mard jew diżabilità milli jaqlà l-għixien tiegħu. 5. Fejn persuna li kienet membru tal-kummissjoni jew tal-qorti jiżżewweġ u fid-data taż-żwieġ għandu drittijiet għal pensjoni li jaqgħu fuqu skond dan ir-regolament, il-mara u kwalunkwe tfal taż-żwieġ m' għandhomx ikunu intitolati għal pensjoni tas-sopravvivent ħlief fejn iż-żwieġ jippreċedi l-mewt tal-persuna li kienet membru tal-kummissjoni jew tal-qorti b' ħames snin jew aktar. 6. L-intitolament ta' armla għal pensjoni tas-sopravvivent għandu jieqaf jekk terġa' tiżżewweġ. Imbagħad hi tkun intitolata għal ħlas minnufih ta' somma daqs darbtejn l-ammont annwali tal-pensjoni tas-sopravvivent tagħha. Artikolu 16 Membru tal-kummissjoni jew tal-qorti li jiġi mneħħi mill-kariga tiegħu minħabba kondotta ħażina gravi għandu jitlef kull dritt għal il-gratifakazzjoni temporanja u pensjoni ta' meta jirtira; madankollu, dan m' għandux jaffettwa lil dawk intitolati taħtu. Artikolu 17 Jekk il-kunsill jiddeċiedi li jżid is-salarju bażiku, għandu, fl-istess ħin, jiddeċiedi dwar żieda xierqa fir-rati tal-pensjonijiet eżistenti. Artikolu 18 Il-ħlas tal-benefiċċji previsti f'din l-iskema tal-pensjonijiet għandu jidħol fil-baġit tal-komunitajiet. L-istati membri għandhom jiggarantixxu b' mod konġunt il-ħlas ta' dawn il-benefiċċji skond l-iskala biex jiffinanzjaw dawn l-ispejjeż. Artikolu 19 1. Il-ħlas tas-somom dovuti taħt l-artikoli 2, 3, 4, 5, 11 u 14 għandu jsir fil-munita tal-pajjiż fejn l-istituzzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali temporanju. 2. Il-benefikarji jistgħu jagżlu illi jkollhom is-somom dovuti taħt l-artikoli 7, 8, 10 u 15 imħallsa fil-munita jew tal-pajjiż fejn huma ċittadini jew tal-pajjiż tar-residenza tagħhom jew tal-pajjiż fejn l-istituzzjoni li huma jaħdmu fiha għandha l-uffiċċju prinċipali temporanju: l-għażla tagħhom tibqa' fis-seħħ għal mhux inqas minn sentejn. fejn la l-ewwel u lanqas it-tieni minn dawn il-pajjiżi ma huwa membru tal-komunità is-somom dovuti għandhom jitħallsu fil-munita tal-pajjiż fejn l-istituzzjoni li tħaddimhom għandha l-uffiċċju prinċipali temporanju. Artikolu 20 Dan ir-regolament għandu jgħodd għal persuni li kienu membri tal-kummissjoni tal-komunità ekonomika ewropea, tal-kummissjoni tal-komunità ewropea dwar l-enerġija atomika. Ta' l-awtorità għolja jew tal-qorti tal-ġustizzja u għal dipendenti tagħhom li, fiż-żmien meta dan ir-regolament jidħol fis-seħħ, huma koperti bid-disposizzjonijiet tar-regolament tal-kunsill nru 63 (kee) [3] regolament tal-kunsill nru 14 (keea) [4], id-deċiżjoni tal-kunsill speċjali tal-mimistri tal-(keea) [5] tat-22 ta' Mejju 1962 jew ir-regolament tal-kunsilli nru 62 (kee), 13 (keea) [6]. Artikolu 21 Ir-regolament li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-komunitajiet għandu jgħodd għal membri tal-kummissjoni jew tal-qorti. Sakemm jidħol fis-seħħ dak ir-regolament, għandu jgħodd ir-regolament nru 32 (kee), 12 (keea) [7]. Artikolu 22 Dan ir-regolament għandu jgħodd mis-6 ta' Lulju 1967. Regolament tal-kunsill nru 63 (kee), 14 (keea), id-deċiżjoni tal-kunsill tal-Ministri speċjali tal-komunità ewropea tal-faħam u l-azzar tat-22 ta' Mejju 1962 u r-regolament tal-kunsilli nru 62 (kee), 13 (keea) huma b' dan imħassra, bl-eċċezzjoni ta' l-artikolu 20. Din id-deċiżjoni tal-kunsill tal-Ministri speċjali tal-komunità ewropea tal-faħam u l-azzar tat-13 u l-14 ta' Ottubru 1958 għandha tibqa' fis-seħħ. Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-istati membri kollha. magħmul fi brussel, il-25 Lulju 1967. Għall-kunsill Il-president Fr. Neef [1] ĠU C 152, tat-13.7.1967, p. 2. [2] ĠU C 152, tat-13.7.1967, p. 13. [3] ĠU C 62, tad-19.7.1962, p. 1724/62. [4] ĠU C 62, tad-19.7.1962, p. 1730/62. [5] ĠU C 62, tad-19.7.1962, p. 1734/62. [6] ĠU C 62, tad-19.7.1962, p. 1713/62. [7] ĠU C 45, ta' l-14.6.1962, p. 1461/62. --------------------------------------------------