31966R0122



Official Journal 150 , 12/08/1966 P. 2751 - 2752
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0031
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0031
Danish special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0187
English special edition: Series I Chapter 1965-1966 P. 0214
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0099
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0115
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0115


Ir-Regolament Nru 7/66 Euratom, 122/66/KEE tal-Kunsilli

tat-28 ta' Lulju 1966

li jistabbilixxi l-lista ta' postijiet li għalihom tista' tingħata allowance tat-trasport, l-ammont massimu ta' dik l-allowance u r-regoli biex tingħata

Il-Kunsill tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Il-Kunsill tal-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA) [1] dwar ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u, partikolarment l-artikolu 14b ta' l-Anness VII għal dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 22 u 67 ta' dawk il-Kondizzjonijiet ta' l-impieg:

Wara li kkunsidraw il-proposti mill-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u mill-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea:

Billi huwa għall-Kunsilli li, waqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, jistabbilixxu l-lista ta' postijiet li għalihom allowance għat-trasport tista' titħallas, l-ammont massimu ta' dik l-allowance u r-regoli biex tingħata;

Adottaw dan ir-Regolament:

Artikolu 1

Uffiċjal impjegat f'post fejn il-problema tat-trasport hija rikonoxxuta bħala partikolarment diffiċli u akuta minħabba d-distanza bejn postijiet ta' residenza u l-post tax-xogħol jista' jinagħta allowance għat-trasport taħt il-kondizzjonijiet elenkati hawn taħt.

Artikolu 2

1. Il-postijiet ta' mpieg li għalihom tista' tinagħta l-allowance imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu:

Il-Ġermanja:

Garching

Gundremmingen

Franza:

Fontenay-aux-Roses

Saclay

Cadaraċhe

Chooz

Epoisses

L-Italja:

Ċentrale de Latina

Ċentrale de Garigliano

Casaccia

L-Olanda:

Petten

Dodewaard

Ir-Renju Unit:

Winfrith.

2. Minbarra l-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1, allowance għat-trasport tista' wkoll tinagħta fir-rigward ta' postijiet fejn ma hemmx aktar minn tliet uffiċjali. F'dan il-każ, il-Kummissjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-Kunsilli, u l-lista għandha tkun ikkonsidrata bħala approvata jekk fi żmien sitt ġimgħat l-ebda delegazzjoni ma tkun uriet ix-xewqa li tikkontesta l-għoti ta' l-allowance għat-trasport fir-rigward ta' dawk il-postijiet.

Artikolu 3

Allowances għat-trasport għandhom jinagħtaw biss lill uffiċjali li:

- minħabba l-kondizzjonijiet diffiċli ta' akkomodazzjoni fil-post fejb jaħdmu ma jistgħux jakkwistaw akkomodazzjoni bi ħlas ta' kera fix-xahar' li teskludi, fejn xieraq, is-servizzi tat-tisħin, ta' l-ilma, tal-gass, ta' l-elettriku u tal-manutenzjoni, tammonta għal inqas minn:

18 % għall-uffiċjali sa u inkluż grad B2,

20 % għall-uffiċjali minn grad B1 sa grad A4,

22 % għall-uffiċjali ' fuq minn grad A4,

- ta' l-emolumenti totali kif determinat aktar l-isfel, u li jħallsu kera ta' aktar minn 10 % ta' l-emolumenti totali kif determinat aktar l-isfel.

L-emolumenti totali għandhom jikkomrendu s-salarju bażiku flimkien ma' l-allowance ta' espatrijazzjoni u allowance għal kap tal-familja, bit-tnaqqis tat--tnaqqis obbligatorju msemmi fl-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Perrsunal u t-taxxa Komunitarja. L-ammont li b'hekk jirriżulta għandu jiġi aġġustat bil-fattur korrettiv applikabli fil-post ta' mpieg ta' l-uffiċjal ikkonċernat.

L-ebda allowance ma għandha tingħata f'każi fejn ikun possibbli l-użu ta' mezz ta' trasport flimkien, u lanqas fejn tintuża karozza tas-servizz, u lanqas fejn tingħata allowance standardizzata għall-ivvjaġġar lokali.

L-ammont ta' l-allowance għat-trasport għandu jkun:

- Bfrs 600 fix-xahar meta id-distanza bejn il-post ta' residenza ta' l-uffiċjal u l-post tax-xogħol tiegħu hija ta' mhux inqas minn 20 kilometru u mhux aktar minn 30 kilometru:

- Bfrs 1000 fix-xahar fejn id-distanza bejn il-post ta' residenza ta' l-uffiċjal u l-post tax-xogħol tiegħu hija ta' aktar minn 30 kilometru.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1966.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Lulju 1966.

Għall-Kunsilli

Il-President

S. A. Posthumus

[1] ĠU C 45, ta' l-14.6.1962, p. 1385/62.ĠU C 47, ta' l-24.3.1965, p. 701/65.

--------------------------------------------------