Official Journal 063 , 20/04/1963 P. 1338 - 1341
Finnish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0003
Danish special edition: Series I Chapter 1963-1964 P. 0022
Swedish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0003
English special edition: Series I Chapter 1963-1964 P. 0025
Greek special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0012
Spanish special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0030
Portuguese special edition Chapter 05 Volume 1 P. 0030
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' April 1963 li tipprovdi prinċipji ġenerali għall-implimentazzjoni ta' politika komuni għat-taħriġ professjonali (63/266/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 128 miġjub fih, Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi, sabiex jissodisfaw l-obbligu impost fuqhom mit-Trattat, biex jiżguraw iż-żamma ta' livell għoli ta' impjiegi permezz tal-politiki ekonomiċi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa biex jadattaw is-snajja' tal-forzi tax-xogħol tagħhom għat-tibdiliet fis-sitwazzjoni ekonomika ġenerali u għat-tibdiliet fit-teknoloġija tal-produzzjoni; Billi fl-isfond ta' l-implimentazzjoni mgħaġġla tas-suq komuni u flimkien mal-koordinazzjoni ta' politiki reġjonali u r-riżultat progressiv ta' politika agrikola komuni, il-bidliet strutturali li qed iseħħu bħalissa f'ċerti setturi ekonomiċi iqajmu problemi urġenti fuq it-taħriġ professjonali u t-taħriġ mill-ġdid; Billi politika komuni għat-taħriġ professjonali li, skond l-Artikolu 128 tat-Trattat, tista' tikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż kemm ta' l-ekonomiji nazzjonali u tas-suq komuni għandha tkun definita fid-dawl tal-għanijiet ġenerali tat-Trattat, u b'mod partikolari l-preambolu u l-Artikolu 2 tiegħu; Billi l-implimentazzjoni ta' politika effettiva komuni għat-taħriġ professjonali għandha tgħin biex iġġib il-libertà tal-moviment għall-ħaddiem; Billi l-libertà tal-għażla ta' okkupazzjoni, ta' post ta' taħriġ u ta' post tax-xogħol li hi dritt fondamentali ta' kull persuna għandha tkun rispettata; billi kull persuna għandha, matul l-istadji differenti tal-ħajja tax-xogħol tagħha, tkun tista' tirċievi taħriġ bażiku adekwat u avvanzat, u t-taħriġ mill-ġdid professjonali; Billi l-prinċipji ġenerali għall-implimentazzjoni ta' politika komuni ta' taħriġ professjonali għandhom japplikaw għat-taħriġ kollu professjonali ta' żgħażagħ u kbar li jistgħu ikunu jew diġà huma impjegati f'postijiet sal-livell ta' superviżjoni; u billi għandha tingħata importanza speċjali għat-taħriġ bażiku u avvanzat għall-għalliema u l-edukaturi; Billi r-realizzazzjoni ta' l-għanijiet provduti fil-prinċipji ġenerali li ġejjin jeħtieġ mhux biss li tittieħed azzjoni fuq livell nazzjonali, imma wkoll li l-Kummissjoni tkun kapaċi tipproponi miżuri xierqa, taħt it-Trattat, lill-Kunsill jew lill-Istati Membri; u billi dan ikun ifisser kooperazzjoni mill-qrib kemm bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kompetenti tal-Komunità; Billi huwa mixtieq li tkun żgurata, b'mod partikolari bit-twaqqif ta' kumitat ta' pariri mehmuż mal-Kummissjoni, kooperazzjoni bejn dawk il-korpi pubbliċi u privati ġewwa l-Istati Membri li huma partikolarment konċernati bi problemi ta' taħriġ professjonali; Billi l-prinċipji ġenerali li ġejjin huma rilevanti għall-kondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali preżenti fil-Komunità; u billi jistgħu aktar tard jkunu amplifikati progressivament fid-dawl tal-ħtiġijiet li jinbidlu ġewwa l-Komunità, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Qegħdin b'dan jitwaqqfu l-prinċipji ġenerali li ġejjin għall-implimentazzjoni ta' politika komuni għat-taħriġ professjonali: L-ewwel prinċipju Politika komuni għat-taħriġ professjonali tfisser azzjoni komuni koerenti u progressiva li ġġib magħha li kull Stat Membru għandu jfassal programmi u għandu jiżgura li jitwettqu skond il-prinċipji ġenerali misjuba f'din id-deċiżjoni u bil-miżuri riżultanti meħuda biex japplikawhom. Il-prinċipji ġenerali għandhom jippermettu kull persuna li tirċievi taħriġ adegwat, b'rispett għal-libertà ta' l-għażla ta' okkupazzjoni, tal-post tat-taħriġ u tal-post tax-xogħol. Dawn il-prinċipji ġenerali għandhom jittrattaw it-taħriġ ta' zgħażagħ u kbar li jista' jkunu jew li diġà huma impjegati f'postijiet sal-livell ta' superviżjoni. Għandha tkun ir-responsabbilità ta' l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kompetenti tal-Komunità li japplikaw tali prinċipji ġenerali fil-qafas tat-Trattat. It-tieni prinċipju Il-politika komuni għat-taħriġ professjonali komuni għandu jkollha l-għaniijiet fondamentali li ġejjin: (a) tikkawża kondizzjonijiet li jiggarantixxu taħriġ professjonali adegwat għal kulħadd; (b) torganizza bil-mod il-mod faċilitajiet ta' taħriġ xierqa biex ifornu l-forzi tax-xogħol meħtieġa fis-setturi differenti ta' l-attività ekonomika; (ċ) twessa' t-taħriġ professjonali fuq il-bażi ta' edukazzjoni ġenerali, sa limitu suffiċjenti biex tħajjar l-iżvilupp armonjuż tal-personalità u biex tissodisfa l-ħtiġijiet li joħloq il-progress tekniku, il-metodi l-ġodda ta' produzzjoni u l-iżviluppi soċjali u ekonomiċi; (d) biex tippermetti lil kull persuna li jkollha l-għerf tekniku u s-sengħa meħtieġa biex tkompli f'okkupazzjoni partikolari u biex tilħaq l-ogħla livell possibbli ta' taħriġ, waqt li tħajjar, partikolarment fir-rigward taż-żgħażagħ, mixja 'l quddiem intellettwali u fiżika, edukazzjoni ċivika u żvilupp fiżiku; (e) tevita interruzzjoni ta' ħsara jew bejn it-tmiem ta' l-edukazzjoni ġenerali u l-bidu ta' taħriġ professjonali jew waqt dan ta' l-aħħar; (f) tħeġġeġ taħriġ professjonali bażiku u avvanzat u, fejn xieraq, taħriġ mill-ġdid, xieraq għad-diversi stadji tal-ħajja tax-xogħol; (g) biex toffri lil kull persuna, skond l-inklinazzjonijiet u l-kapaċitajiet tagħha, għerf u esperjenza tax-xogħol, u permezz ta' faċilitajiet permanenti għall-avanz professjonali, l-opportunità li tinkiseb promozzjoni jew li tirċievi taħriġ għal livell ġdid u ogħla ta' attività; (h) biex tirrelata mill-qrib il-forom differenti ta' taħriġ professjonali mas-setturi varji ta' l-ekonomija biex, min-naħa, taħriġ professjonali jaqdi l-aħjar kemm il-ħtiġijiet ta' l-ekonomija u l-interess ta' l-apprendisti u, min-naħa l-oħra, il-problemi mqajma mit-taħriġ professjonali jirċievu l-attenzjoni li jimmeritaw fl-ambjenti tan-negozju u professjonali kullimkien. It-tielet prinċipju Meta l-politika komuni għat-taħriġ professjonali tibda titħaddem, għandha tingħata importanza speċjali: - lit-tbassir u l-estimi, kemm fil-livelli nazzjonali u komunitarji, tal-ħtiġijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-ħaddiema fl-attivitajiet produttivi varji; - lil sistema permanenti ta' informazzjoni u gwida jew pariri professjonali, għaż-żgħażagħ u l-kbar, ibbażata fuq l-għarfien ta' kapaċitajiet individwali, faċilitajiet ta' taħriġ u opportunitajiet ta' impjieg, li joperaw f'kooperazzjoni mill-qrib mas-setturi produttivi u distributtivi ta' l-ekonomija, servizzi ta' taħriġ professjonali u skejjel; - lill-opportunità għall kull persuna li tirrikorri għas-sistema provduta hawn fuq f'kull ħin qabel ma tagħżel l-okkupazzjoni tagħha, matul it-taħriġ professjonali u matul il-ħajja tax-xogħol tagħha. Ir-raba' prinċipju Bi qbil ma dawn il-prinċipji ġenerali u biex jintlaħqu l-għanijiet mistqarra hemmhekk, il-Kummissjoni tista' tipproponi lill-Kunsill jew lill-Istati Membri, taħt it-Trattat, dawk il-miżuri xierqa kif ikun jista' jidher meħtieġ. Ukoll, b'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tagħmel kull studju u riċerka fil-qasam ta' taħriġ professjonali li jiżguraw li tintlaħaq politika komuni, b'mod partikolari biex tħeġġeġ faċilitajiet ta' impjieg u l-mobilità ġeografika u okkupazzjonali tal-ħaddiema ġewwa l-Komunità. Kif ukoll, għandha tħejji lista ta' faċilitajiet ta' taħriġ fl-Istati Membri u tqabbilhom ma' ħtiġijiet eżistenti bil-għan li tiddetermina liema azzjonijiet għandha tirrakkomanda lill-Istati Membri, tindika ordni ta' prijorità fejn meħtieġ; jekk tinqala' l-okkażjoni, għandha tħajjar li jintlaħaq ftehim bilaterali u multilaterali. Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-iżvilupp ta' miżuri bħal dawn, tqabbel ir-riżultati tagħhom u ġġibhom għall-attenzjoni ta' l-Istati Membri. Meta tkun qed twettaq l-impenji mogħtija lilha fil-qasam tat-taħriġ professjonali, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat tripartitiku ta' pariri, li l-komposizzjoni u r-regoli tiegħu ikunu provduti mill-Kunsill wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-ħames prinċipju Sabiex jitħeġġeġ għerf usa' tal-fatti u l-pubblikazzjonijiet kollha dwar l-istat u l-iżvilupp tat-taħriġ professjonali ġewwa l-Komunità, u biex jgħin li jinżammu metodi kurrenti ta' tagħlim aġġornati, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex tiġbor, tqassam u tibdel kull tagħrif utili, letteratura u materjal ta' tagħlim fost l-Istati Membri. Għandha tiżgura b'mod partikolari t-tqassim sistematiku ta' kitba dwar l-innovazzjonijiet diġà użati jew li ser ikunu introdotti. Min-naħa tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kumissjoni kull għajnuna meħtieġa u appoġġ biex twettaq dawn id-diversi impenji u, b'mod partikolari, għandha tipprovdi kull informazzjoni utili dwar l-istat preżenti u l-iżvilupp tas-sistemi nazzjonali tat-taħriġ professjonali. Is-sitt prinċipju B'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tħajjar tibdil ta' esperjenza dirett bħal dan fil-qasam tat-taħriġ professjonali li x'aktarx jagħmilha possibbli għas-servizzi responsabbli għat-taħriġ professjonali u speċjalisti f'dan il-qasam biex isiru jafu u jistudjaw ir-riżultati u l-iżviluppi ġodda fil-pajjiżi l-oħra tal-Komunità f'materji ta' taħriġ professjonali. Tibdil bħal dan għandu isir b'mod partikolari permezz ta' seminars ta' studji u bi programmi ta' mawriet u soġġorni f'istituzzjonijiet ta' taħriġ professjonali. Is-seba' prinċipju It-taħriġ xieraq ta' għalliema u edukaturi, li n-numru tagħhom għandu jiżdied u għandhom ikunu żviluppati l-ħiliet tekniċi u tat-tagħlim, għandu jkun wieħed mill-fatturi bażiċi ta' kwalunkwe politika professjonali ta' taħriġ effettiva. L-Istati Membri għandhom, bl-għajnuna tal-Kummissjoni fejn meħtieġ, iħajru kull miżura li x'aktarx tikkontribwixxi għat-titjib u l-iżvilupp ta' dan it-taħriġ, b'mod partikolari miżuri biex jiżguraw aġġustament kontinwu għall-progress fl-oqsma ekonomiċi u tekniċi. Għandu jkun imħajjar it-taħriġ ta' edukaturi ingaġġati fost ħaddiema kwalifikati b'mod speċjali. Għandha titfittex l-armonizzazzjoni tat-taħriġ ta' l-edukaturi; kull bdil ta' esperjenzi u mezzi oħra xierqa simili, u b'mod partikolari dawk imsemmija fis-sitt prinċipju, jistgħu jintużaw biex tintlaħaq l-armonizzazzjoni. Miżuri speċjali għandhom jittieħdu fil-pajjiżi tal-Komunità biex iħajru t-taħriġ bażiku u avvanzat tal-għalliema u l-edukaturi għax-xogħol f'reġjuni anqas favoriti tal-Komunità u fi stati li qed jiżviluppaw u territorji, partikolarment dawk assoċjati mal-Komunità. It-tmien prinċipju Il-politika komuni għat-taħriġ professjonali għandha, b'mod partikolari, tkun imfassla b'tali mod li tippermetti li l-livelli ta' taħriġ jiġu progressivament armonizzati. B'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri l-Kummissjoni għandha, skond il-ħtiġijiet, tfassal fir-rigward ta' diversi okkupazzjonijiet li jeħtieġu taħriġ speċifiku deskrizzjoni standardizzata tal-kwalifiki bażiċi meħtieġa fid-diversi livelli ta' taħriġ. Fuq din il-bażi, għandha titfittex l-armonizzazzjoni ta' l-istandards meħtieġa għas-suċċess fl-eżamijiet finali, bl-għan għar-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati u dokumenti oħra li jikkonfermaw it-tmiem tat-taħriġ professjonali; L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħajru li jsiru kompetizzjonijiet u eżamijiet Ewropej. Id-disa' prinċipju Biex ikun hemm kontribut għar-riżultat ta' bilanċ komplessiv bejn il-provista ta' u d-domanda għax-xogħol ġewwa l-Komunità, u jkun konsidrat it-tbassir magħmul għal dan il-għan, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jikkooperaw fit-teħid ta' passi adegwati, partikolarment meta jfasslu programmi xierqa għat-taħriġ. Passi u programmi bħal dawn għandhom jimmiraw għat-taħriġ ta' malajr tal-kbar u taħriġ mill-ġdid professjonali u jkunu ikkunsidrati s-sitwazzjonijiet kawżati minn espansjoni ekonomika jew riċessjoni, bidliet teknoloġiċi u strutturali u l-ħtiġijiet speċjali ta' ċerti okkupazzjonijiet, kategoriji ta' okkupazzjoni u reġuni speċifiċi. L-għaxar prinċipju Fl-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali tal-politika komuni professjonali għat-taħriġ, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil problemi speċjali li jikkonċernaw setturi speċifiċi ta' attività jew kategoriji speċjali ta' persuni; miżuri speċjali ta' persuni; miżuri speċjali jistgħu jittieħdu f'dan ir-rigward. Jistgħu ikunu ffinanzjati konġuntament miżuri meħuda sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni għat-taħriġ professjonali. Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' April 1963. Għall-Kunsill Il-President Eugène Schaus [1] ĠU 31, tas-26.4.1962, p. 1034/62. --------------------------------------------------