31963D0032



Official Journal 012 , 25/01/1963 P. 0139 - 0139
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0024
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-18 ta' Diċembru 1962

dwar id-determinazzjoni ta' l-awtorità bis-setgħa li

tinnomina għall-Kummissjoni tal-Kontrol

(63/32/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 2 ta' l-Istatut ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet, u l-Artikolu 6 tar-reġim li japplika għall-aġenti l-oħra,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, ta' l-Istatut tal-Kummissjoni tal-Kontroll tal-15 ta' Mejju 1959,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu uniku

Is-setgħat mgħoddija mill-Istatut ta' l-Uffiċjali lill-awtorità li għandha s-setgħa li tinnomina u mis-sistema applikabbli għall-aġenti l-oħra lill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta' ingaġġ huma eżerċitati, fejn għandu x'jaqsam il-persunal li jesegwixxi u li qiegħed taħt l-awtorità tal-Kummissjoni tal-Kontroll:

(a) mill-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni tal-Kontroll u bi qbil magħha, għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 1, 30 it-tieni paragrafu, 31 u 50 ta' l-Istatut;

(b) mill-Kummissjoni tal-Kontroll, fil-każijiet l-oħra.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 1962.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Colombo

--------------------------------------------------