31962L0302



Official Journal 057 , 09/07/1962 P. 1650 - 1652
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0024
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0024
Danish special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0217
English special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0245


Id-Direttiva

dwar il-libertà sabiex impjieg ta' kapaċità jittieħed fil-qasam ta' enerġija nukleari

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Wara li kkonsulta l-Parlament Ewropew,

Billi li, li jkun żgurat li l-libertà sabiex impjieg ta' kapaċità jittieħed fil-qasam ta' l-enerġija nukleari hija kondizzjoni essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika;

Billi t-tkomplija ta' tali impjieg teħtieġ tagħrif li għandu x'jaqsam speċifikament ma' l-enerġija nukleari;

Billi t-taħriġ speċjali għal tali impjieg għadu fil-fażi ta' organizzazzjoni; filwaqt li tagħrif li hu speċifikament nukleari jinkiseb biss permezz ta' xogħol prattiku;

Billi r-regoli applikabbli għad-dritt sabiex impjieg ta' kapaċità jittieħed fil-qasam ta' enerġija nukleari għandhom jinġiebu f'konformità ma' dawk li jirregolaw il-libertà ta' moviment għal ħaddiema ġewwa l-Komunità Ekonomika Ewropea;

Billi l-miżuri meħuda bi qbil ma' l-Artikoli 48 u 49 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea pprovduti fl-għotja awtomatika ta' l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għal ħaddiema li huma msemmija personalment f'offerti ta' ċerti kategoriji ta' impjieg;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom, bi qbil ma' din id-Direttiva, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jabolixxu kull restrizzjoni bbażata fuq nazzjonalità li taffettwa d-dritt ta' persuni ta' nazzjonalità ta' kull Stat Membru sabiex jieħdu impjieg ta' kapaċità fil-qasam ta' l-enerġija nukleari.

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, "impjieg ta' kapaċità" tfisser impjieg fil-qasam ta' l-enerġija nukleari li jeħtieġ b'mod speċifiku tagħrif nukleari li sabiex jinkiseb dan it-tagħrif ikun hemm bżonn ta' taħriġ speċjali għal mill-inqas ħames xhur ta' xogħol prattiku u li jkollu x'jaqsam ma':

(a) riċerka dwar l-enerġija nukleari fl-oqsma mniżżla fl-Anness I għat-Trattat;

(b) kontrolli, manutenzjoni, tiswija jew ħidma teknika ta' installazzjonijiet u tagħmir għal:

- produzzjoni, separazzjoni jew kull użu ta' minerali mhux maħduma, materjali tal-bidu jew materjali fissili speċjali jew għall-ipproċessar mill-ġdid ta' karburanti nukleari irradjati,

- separazzjoni isotopu,

- produzzjoni tal-materjali speċjali meħtieġa fil-qasam nukleari, bħal moderaturi u materjali strutturali, ta' cladding u ta' shielding maħsuba b'mod speċjali għal għanijiet nukleari,

- produzzjoni ta' enerġija nukleari,

- tneħħija ta' skart nukleari u impuritajiet radjoattivi,

- trasport jew ħażna ta' materjali radjoattivi,

- produzzjoni, preparazzjoni jew użu ta' isotopi radjoattivi.

(ċ) ippjanar, tfassil jew bini ta' installazzjonijiet jew tagħmir jew partijiet kostitwenti ta' l-installazzjonijiet jew tat-tagħmir użat fl-oqsma mniżżla fis-subparagrafi (a) u (b);

(d) protezzjoni kontra radjazzjoni.

L-Artikolu 3

L-impjiegi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva għandhom f'kull każ ikunu rikonoxxuti bħala li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' impjieg ta' kapaċità mogħtija fl-Artikolu 2.

L-Artikolu 4

Stati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji kollha għall-għotja awtomatika ta' awtorizzazzjonijiet meħtieġa għat-tkomplija ta' kwalunkwe impjieg li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2 u 3. Il-kondizzjonijiet sabiex jingħataw tali awtorizzazzjonijiet ma għandhom ikunu fl-ebda każ inqas liberali minn dawk il-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' persuni msemmija kif stipulat mill-miżuri meħuda bi qbil ma' l-Artikoli 48 u 49 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea.

L-Artikolu 5

F'dak li għandu x'jaqsam ma' kull materja mhux koperta b'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri meħuda bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea li għandhom x'jaqsmu mal-libertà ta' moviment ta' ħaddiema.

Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa b'mod żvantaġġjuż il-miżuri meħuda fl-implimentazzjoni tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar li għandu x'jaqsam ma' ħaddiema li għandhom kwalifiki rikonoxxuti f'xogħol f'minjieri tal-faħam jew ta' produzzjoni ta' l-azzar.

L-Artikolu 6

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Marzu 1962.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Couve de Murville

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-ewwel lista ta' tipi ta' impjiegi ta' kapaċita taħt it-tifsira ta' l-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva

Impjieg li jeħtieġ tagħrif ekwivalenti għal dak ta' inġinier nukleari jew tekniku nukleari

Impjieg li jeħtieġ tagħrif f'wieħed mill-oqsma segwenti:

- Kondizzjonijiet ta' xogħol karatteristiċi tal-qasam nukleari u ddisinjar ta' tagħmir nukleari (inġinier nukleari u tekniku nukleari),

- Problemi mekkaniċi speċjali fil-qasam nukleari u ddisinjar ta' tagħmir awżiljarju (inġinier u tekniku mekkaniku),

- Azzjoni ta' radjazzjoni fuq materji, u karatteristiċi nukleari tas-sustanzi varji użati bħala karburanti, moderaturi u materjal strutturali għal tagħmir nukleari; preparazzjoni ta' sustanzi nukleari, ipproċessar mill-ġdid ta' karburanti rradjati, tneħħija ta' fdal nukleari jew dekontaminazzjoni (inġinier u tekniku kimiku),

- Karatteristiċi ta' ċeramika użati fil-qasam ta' enerġija nukleari (ossidi ta' uranju u thorium, uranium carbide, eċċ.) (inġinier u tekniku taċ-ċeramika),

- Karatteristiċi ta' materjali strutturali għal reatturi nukleari, materjali ta' cladding għal karburanti u għal karburanti metalliċi; imġieba ta' tali materjali matul l-irradjazzjoni u fil-preżenza tas-sustanzi użati fir-reatturi jew fil-faċilitajiet ta' pproċessar mill-ġdid (inġinier u tekniku tal-metallurġija),

- Kontroll ta' reatturi nukleari, kejl ta' radjuattività (inġinier u tekniku ta' l-elettronika),

- Fiżika tan-neutronju ta' reatturi nukleari u ħtiġijiet essenzjali li ġejjin minnhom (inġinier u tekniku ta' termodinamiċità),

- Karatteristiċi speċjali u ħidma ta' kontroll ta' reattur, u miżuri meħtieġa fil-każ ta' ħsara maġġuri (inġinier u tekniku operazzjonali),

- stima u kontroll tas-sigurtà teknika tar-reattur u ta' l-impjanti nukleari sperimentali (inġinier u tekniku ta' sigurtà).

Prospettur

Impjieg li jinvolvi l-intraċċar bl-għajnuna ta' strumenti speċjali (Geiger-Muller counters, eċċ.) ta' traċċi ta' radjattività, ikunu żgħar kemm ikunu, f'postijiet indikati minn ġeoloġi; interpretazzjoni ta' l-informazzjoni miksuba sabiex tiggwida riċerka li ssir aktar tard.

Test driller f'minjieri ta' l-uranju

Impjieg li jeħtieġ kapaċità fit-tmexxija ta' ħidmiet li għandhom x'jaqsmu ma' test borings sabiex tkun stabbilita n-natura ta' l-art u sabiex ikunu intraċċati materjali radjoattivi, u l-interpretazzjoni ta' l-informazzjoni miksuba sabiex tiggwida ħidmiet li jsiru aktar tard.

Supretendent tal-minjiera f'minjieri ta' l-uranju

Impjieg li jinvolvi t-tmexxija, sorveljanza u/jew kontroll ta' waħda jew aktar mit-taqsimiet jew attivitajiet ta' taħt l-art ta' minjiera ta' uranju, jew it-twettiq ta' riċerka teknika jew kejl ikkomplikat u sorveljanza li jkun hemm konformità ma' miżuri ta' sigurtà meħtieġa min-natura speċjali ta' tali minjieri.

Tekniku tal-laboratorju

Impjieg li jinvolvi l-istudju ta' ħadid mhux maħdum radjoattiv u t-twettiq ta', f'kooperazzjoni ma' analisti, analiżi kimika u fiżika ta' kampjuni sabiex tkun stabbilita l-intensità ta' radjazzjoni tal-kampjuni, il-komposizzjoni kimika tagħhom u karatteristiċi oħra.

Ħidma (preparazzjoni ta' elementi karburanti)

Impjieg li jinvolvi t-twettiq ta' ħidmiet li jinvolvu l-fabbrikazzjoni, b'xogħol tal-forġa, ta' elementi karburanti, l-ispezzjoni u ttestjar tagħhom; il-preparazzjoni u aċċettazzjoni ta' clads metalliċi għal karburanti.

Suprentendent ta' reattur

Impjieg li jinvolvi t-tħaddim ta' reattur u li jeħtieġ tagħrif tal-fundamentali ta' l-elettronika u dinamika tar-reattur kif ukoll l-abbilità li jinterpreta disinni u li jistabbilixxi fejn ikunu u jsewwi ħsarat żgħar.

Ħidmiet ta' sorveljanza ta' reattur

Impjieg li jinvolvi t-tħaddim ta' reattur u li jeħtieġ tagħrif ġenerali fuq oġġetti flimkien ma' tagħrif fil-fond tal-karatteristiċi distinti tar-reattur; abbilità li jagħti ordnijiet u li jieħu deċiżjonijiet.

Xogħol li jieħu ħsieb li jgħabbi, li jħott u li jkessaħ karburanti nukleari

Impjieg li jeħtieġ l-abbilità ta' mmaniġġjar, skond l-istruzzjonijiet, ta' apparat li jgħabbi, iħott u jkessaħ karburanti nukleari.

Tekniku tal-laboratorju (laboratorju ta' ħruq)

Impjieg li jeħtieġ l-abbilità ta' interpretazzjoni ta' disinni u ta' twettiq ta' l-assemblaġġ u aġġustamenti meħtieġa, sabiex iħaddem test waħdu skond l-istruzzjonijiet iddettaljati u sabiex ifisser ir-riżultati f'termini kwantitattivi; tagħrif tal-perikli li jkunu ġejjin minn radjazzjoni u abbilità ta' użu ta' apparat ta' remote control.

Disinjatur ta' l-inġinerija (li jispeċjalizza fil-qasam nukleari)

Impjieg li jeħtieġ abbilità ta' preparazzjoni ta' disinn sempliċi mill-informazzjoni miktuba u li jfissirha bi tpinġijiet jew skeċċ magħmula ta' malajr, li jagħtu rappreżentazzjoni viżiva tas-suġġett tad-disinn kif imfisser, u sabiex japplika r-regolamenti ta' protezzjoni minn radjazzjoni fis-seħħ.

Operattiv (aċċelleratur tal-partiċelli)

Impjieg li jinvolvi l-ħidma u l-immaniġġjar ta' apparat ta' vultaġġ għoli għal aċċelleraturi elettrostatiċi; il-bini, l-użu u l-immaniġġjar ta' sorsi ta' ion; l-immaniġġjar u t-tħaddim ta' apparat li jintraċċa u li jkejjel ir-radjattività, eċċ.

Uffiċjal ta' protezzjoni minn radjazzjoni

Impjieg li jinvolvi sorveljanza tas-saħħa tal-persunal li jħaddem reatturi jew il-persunal f'minjieri ta' uranju jew installazzjonijiet oħra nukleari, u li jeħtieġu tagħrif tajjeb tal-perikli li jkunu ġejjin minn radjazzjoni u ta' protezzjoni kontra radjazzjoni.

Uffiċjal ta' dekontaminazzjoni

Impjieg li jeħtieġ abbiltà li jwettaq, fil-każ ta' kontaminazzjoni, il-miżuri meħtieġa u ċerti ħidmiet ta' dekontaminazzjoni speċjali u, jekk ikun hemm bżonn, li jieħu miżuri prattiċi.

--------------------------------------------------