Official Journal 066 , 27/10/1960 P. 1339 - 1340
Danish special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0063
English special edition: Series I Chapter 1959-1962 P. 0067
Greek special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0021
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0005
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 1 P. 0005
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0007
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0007
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Grupp ta' Kordinament tal-Politika għall-Assigurazzjoni ta' Kreditu, Garanziji ta' Kreditu u Krediti Finanzjarji IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Billi l-kreditu huwa ta' importanza primarja fil-kummerċ internazzjonali; billi il-faċilitajiet ta' kreditu jiffurmaw wieħed mill-għanijiet ewlenin li bihom il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jitsgħu jkunu mgħammra aktar malajr, u l-kummerċ bejn dawk il-pajjiżi u l-Istati Membri jiżdied; Billi l-miżuri meħuda mill-Istati Membri f'materji marbuta ma' l-assigurazzjoni tal-kreditu ta' l-esportazzjoni u mal-kreditu ta' l-esportazzjoni jistgħu jiffurmaw parti mis-sistemi ta' l-għajnuna mill-Istat, jew inkella dawn jistgħu jintrabtu ma' dawn is-sistemi, li skond l-Artikolu 112 tat-Trattat għandhom ikunu armonizzati progressivament qabel it-tmiem tal-perjodu transitorju sal-punt li jkun meħtieġ biex ikun żgurat li l-kompetizzjoni bejn l-impriżi tal-Komunità ma tkunx distorta; Billi, għalhekk, hemm ix-xewqa li tiġi stabbilita, fejn għandhom x'jaqsmu l-problemi dwar l-assigurazzjoni tal-kreditu ta' l-esportazzjoni u l-kreditu li jingħata lill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, proċedura għall-konsultazzjoni u l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, bil-ħsieb li jitfasslu prinċipji komuni u tkun faċilitata t-tħejjija ta' proposti jew soluzzjonijiet konkreti; ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: 1. Sabiex titmexxa 'l quddiem il-koperazzjoni attiva fi ħdan il-Komunità Ekonomika Ewropea u biex jitħejjew soluzzjonijiet komuni għall-problemi speċjali ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu ta' l-esportazzjoni u għal dawk tal-politika tal-kreditu lejn il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u biex ikun faċilitat l-iżvilupp ekonomiku ta' dawn il-pajjiżi, qed ikun stabbilit b'dan il-Grupp ta' Kordinament tal-Politika għall-Assigurazzjoni ta' Kreditu, Garanziji ta' Kreditu u Krediti Finanzjarji. 2. Il-kompitu ta' dan il-Grupp għandu jkun: (a) li jmexxi 'l quddiem is-suġġerimenti għall-armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri, fejn ikun fil-kompetenza tagħhom, tat-termini u l-kondizzjonijiet marbuta ma' l-assigurazzjoni tal-kreditu ta' l-esportazzjoni, krediti finanzjarji u garanziji ta' investiment, b'kunsiderazzjoni debita fil-każ ta' l-assigurazzjoni tal-kreditu ta' l-esportazzjoni, għar-regoli ta' l-Unjoni ta' Berna u x-xogħol imwettaq mill-korpi stabbiliti mill-Istati Membri f'dan il-qasam; (b) li jfittex il-mezzi xierqa biex jiżviluppa l-użu multilaterali tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw; (ċ) li jmexxi 'l quddiem l-iskambju ta' informazzjoni u biex jinkuraġġixxi l-konsultazzjoni fuq il-problemi konkreti kollha li jaqgħu fil-kompetenza tiegħu; (d) biex jippropponi suġġerimenti fil-kompetenza tiegħu bil-ħsieb li jkunu kkordinati l-posizzjonijiet ta' l-Istati Membri jew tal-korpi speċjalizzati tagħhom f'organizzazzjonijiet internazzjonali. 3. Il-kumitat għandu jkun magħmul minn numru limitat ħafna ta' rappreżentanti minn kull Stat Membru u mill-Kummissjoni li jkollhom pożizzjoni ta' responsabbiltà li għandha x'taqsam mill-materji msemmija fuq. Kull rappreżentant jista' jkun rappreżentat b'sostitut, li l-ħatra tiegħu għandha tkun soġġetta għall-istess kondizzjonijiet. Ir-rappreżentanti jistgħu jsejħu lil xi esperti biex jingħaqdu magħhom fl-istudju ta' punti partikolari. Is-servizzi tas-segretarjat għandhom jingħataw lill-Grupp mis-Segretarjat tal-Kunsill. 4. Il-Grupp għandu jistieden lir-rappreżenanti tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment biex dawn jieħdu sehem fix-xogħol tiegħu. 5. Il-Grupp jista', skond kif ikun jidher meħtieġ, jistieden għal-laqgħat tiegħu u jisma' l-veduti ta' kull espert jew rappreżentant ta' kull organizzazzjoni professjonali jew kummerċjali xierqa. 6. Il-grupp għandu jirrapporta perjodikament lill-awtoritajiet kompetenti. Dan għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Settembru 1960. Għall-Kunsill Il-President DR. H. R. Van Houten --------------------------------------------------