17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/90 |
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-UNJONI U TAR-RENJU UNIT FIL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA
tal- 24 ta’ Marzu 2023
dwar l-Artikolu 13(3a) tal-Qafas ta’ Windsor (1)
L-Unjoni u r-Renju Unit jirrikonoxxu li biex notifika skont l-Artikolu 13(3a) tal-Qafas ta’ Windsor issir in bona fide f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), jeħtieġ li din issir skont kull waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 tad-Dikjarazzjoni Unilaterali mir-Renju Unit dwar l-involviment tal-istituzzjonijiet tal-Ftehim tal-1998, kif anness mad-Deċiżjoni Nru 1/2023 (3).
F’każ li l-bord ta’ arbitraġġ ikun iddeċieda, f’konformità mal-Artikolu 175 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li r-Renju Unit naqas milli jikkonforma mal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fir-rigward ta’ notifika skont l-Artikolu 13(3a) tal-Qafas ta’ Windsor, jenħtieġ li tinkiseb konformità rapida mad-deċiżjoni tal-bord ta’ arbitraġġ, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni Nru 2/2023 (4).
(1) Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi l-arranġamenti relatati mal-Qafas Windsor (ara l-paġna 61 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Rakkomandazzjoni Nru 2/2023 tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 dwar l-Artikolu 13(3a) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (ara l-paġna 86 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).