17.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/87


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA Nru 1/2023 TAL-UNJONI U TAR-RENJU UNIT FIL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

tal-24 ta’ Marzu 2023

B’riflessjoni tal-arranġamenti stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Konġunt, il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll”), kif emendat b’dik id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, issa jenħtieġ li jkun magħruf bħala l-“Qafas ta’ Windsor”.

Għalhekk, kull fejn rilevanti fin-negozjati bejn l-Unjoni u r-Renju Unit skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Protokoll, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 1/2023, b’mod konsistenti mar-rekwiżiti taċ-ċertezza legali, ser jissejjaħ il-“Qafas ta’ Windsor”. Il-Protokoll, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 1/2023, jista’ jissejjaħ ukoll il-“Qafas ta’ Windsor” fil-liġi domestika tal-Unjoni u tar-Renju Unit.