28.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 184/2020

tal-11 ta’ Diċembru 2020

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1986]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/993 tad-9 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta mit-Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet tat-tjur kollha għat-tismin għajr it-tiġieġ għat-tismin, l-għasafar ornamentali, l-ispeċijiet porċini kollha miftuma għajr il-ħnienes miftuma u l-ispeċijiet porċini kollha għat-tismin għajr il-ħnieżer għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Berg und Schmidt GmbH Co. KG) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/994 tad-9 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monensina u n-nikarbażina (Monimax) bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani għat-tismin, għat-tiġieġ għat-tismin u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/995 tad-9 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 26372) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer li jreddgħu (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd, irrappreżentata minn DSM Nutritional Products Sp. Z.o.o) (3), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 225, 14.7.2020, p. 55, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/996 tad-9 ta’ Lulju 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-karvakrol, tat-timol, tad-D-karvon, tas-saliċilat tal-metil u tal-L-mentol bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ tjur imrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Biomin GmbH) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/997 tad-9 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bażi tal-L-liżina, likwidu, tas-sulfat tal-L-liżina u tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/998 tad-9 ta’ Lulju 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-astaksantina-dimetildisuċċinat bħala addittiv fl-għalf għall-ħut u l-krustaċji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 393/2008 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1031 tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentata minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o) (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1032 tal-15 ta’ Lulju 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 28343 bħala addittiv fl-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija u għall-ħnieżer għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & Co. KG) (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(9)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1034 tal-15 ta’ Lulju 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bl-Aspergillus oryzae (DSM 26372) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentata minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o) (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2020/998 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 393/2008 (10), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi mħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(11)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf m'għandiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(12)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 322 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/354):

“323.

32020 R 0993: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/993 tad-9 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta mit-Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet tat-tjur kollha għat-tismin għajr it-tiġieġ għat-tismin, l-għasafar ornamentali, l-ispeċijiet porċini kollha miftuma għajr il-ħnienes miftuma u l-ispeċijiet porċini kollha għat-tismin għajr il-ħnieżer għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Berg und Schmidt GmbH Co. KG) (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 76).

324.

32020 R 0994: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/994 tad-9 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monensina u n-nikarbażina (Monimax) bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani għat-tismin, għat-tiġieġ għat-tismin u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 79).

325.

32020 R 0995: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/995 tad-9 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 26372) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer li jreddgħu (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd, irrappreżentata minn DSM Nutritional Products Sp. Z.o.o), (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 84), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 225, 14.7.2020, p. 55.

326.

32020 R 0996: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/996 tad-9 ta’ Lulju 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-karvakrol, tat-timol, tad-D-karvon, tas-saliċilat tal-metil u tal-L-mentol bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta’ tjur imrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Biomin GmbH) (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 87).

327.

32020 R 0997: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/997 tad-9 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bażi tal-L-liżina, likwidu, tas-sulfat tal-L-liżina u tal-monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur, bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 90).

328.

32020 R 0998: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/998 tad-9 ta’ Lulju 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-astaksantina-dimetildisuċċinat bħala addittiv fl-għalf għall-ħut u l-krustaċji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 393/2008 (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 96).

329.

32020 R 1031: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1031 tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentata minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o) (ĠU L 227, 16.7.2020, p. 21).

330.

32020 R 1032: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1032 tal-15 ta’ Lulju 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 28343 bħala addittiv fl-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija u għall-ħnieżer għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & Co. KG) (ĠU L 227, 16.7.2020, p. 24).

331.

32020 R 1034: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1034 tal-15 ta’ Lulju 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta bl-Aspergillus oryzae (DSM 26372) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentata minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o) (ĠU L 227, 16.7.2020, p. 34).”

2.

It-test tal-punt 1zzzzo (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 393/2008) jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/993, (UE) 2020/994, (UE) 2020/995, kif rettifikat permezz tal-ĠU L 225, 14.7.2020, p. 55, (UE) 2020/996, (UE) 2020/997, (UE) 2020/998, (UE) 2020/1031, (UE) 2020/1032 u (UE) 2020/1034 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 221, 10.7.2020, p. 76.

(2)   ĠU L 221, 10.7.2020, p. 79.

(3)   ĠU L 221, 10.7.2020, p. 84.

(4)   ĠU L 221, 10.7.2020, p. 87.

(5)   ĠU L 221, 10.7.2020, p. 90.

(6)   ĠU L 221, 10.7.2020, p. 96.

(7)   ĠU L 227, 16.7.2020, p. 21.

(8)   ĠU L 227, 16.7.2020, p. 24.

(9)   ĠU L 227, 16.7.2020, p. 34.

(10)   ĠU L 117, 1.5.2008, p. 20.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.