14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 171/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2023/1746]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim taż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE f’azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-Azzjoni Preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafu 13(a) tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kliem ‘u 2019’ jinbidel bil-kliem “, 2019 u 2020”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.