21.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/111


DEĊIŻJONI Nru 3/2023 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

tat-3 ta’ Lulju 2023

li temenda l-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika [2023/1523]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 36(4) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tiegħu (il-“Kumitat Konġunt”) jadotta deċiżjonijiet li jemendaw il-Parti I tal-Anness I għal dak il-Ftehim, biex jirriflettu kull Deċiżjoni jew Rakkomandazzjoni ġdida approvata mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali. Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt huma vinkolanti fuq l-Unjoni u r-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit iridu jimplimentaw tali deċiżjonijiet, li għandu jkollhom l-istess effett legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(2)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-Ħruġ tiġi emendata billi jiżdiedu żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali u billi jitneħħew tliet deċiżjonijiet li ġew sostitwiti miż-żewġ deċiżjonijiet il-ġodda,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar il-Ħruġ għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru H12 tad-19 ta’ Ottubru 2021 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiżdied taħt ‘Kwistjonijiet orizzontali (serje H)’;

(2)

Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru H13 tat-30 ta’ Marzu 2022 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (3) għandha tiżdied taħt “Kwistjonijiet orizzontali (serje H)”;

(3)

Fil-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-Ħruġ, għandhom jitneħħew l-atti li ġejjin:

(a)

Id-Deċiżjoni Nru H3 tal-15 ta’ Ottubru 2009 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif emendata bid-Deċiżjoni Nru H7 tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni Nru H3 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li hija sostitwita bid-Deċiżjoni Nru H12 tad-19 ta’ Ottubru 2021 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(b)

Id-Deċiżjoni Nru H4 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord ta’ Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (6), li hija sostitwita bid-Deċiżjoni Nru H13 tat-30 ta’ Marzu 2022 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali;

(c)

Id-Deċiżjoni Nru H7 tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni Nru H3 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li hija sostitwita bid-Deċiżjoni Nru H12 tad-19 ta’ Ottubru 2021 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kopresidenti

Maroš ŠEFČOVIČ

James CLEVERLY


(1)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(2)  ĠU C 93, 28.2.2022, p. 6.

(3)  ĠU C 305, 10.8.2022, p. 4.

(4)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 56.

(5)  ĠU C 52, 11.2.2016, p. 13.

(6)  ĠU C 107, 27.4.2010, p. 3.