6.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 138/2020

tal-25 ta’ Settembru 2020

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1397]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/111 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tagħmir tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif ukoll tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66he (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32020 R 0111: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/111 tat-13 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 21, 27.1.2020, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/111 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Settembru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 21, 27.1.2020, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.