|
6.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 130/2020
tal-25 ta’ Settembru 2020
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1389]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1782 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-provvisti tal-elettriku esterni skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 (1) għandu kiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1782 jirrevoka, b’effett mill-1 ta’ April 2020, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi revokat skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Jenħieġ għalhekk, li l-Annessi II u IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6s (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1781):
|
|
2. |
It-test tal-punt 12 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009) jitħassar. |
Artikolu 2
L-Anness IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 26t (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1781):
|
|
2. |
It-test tal-punt 35 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009) jitħassar. |
Artikolu 3
It-test tad-Direttiva (UE) 2019/1782 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Settembru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Sabine MONAUNI
(1) ĠU L 272, 25.10.2019, p. 95.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.