6.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 121/2020

tal-25 ta’ Settembru 2020

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1380]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/205 tal-14 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tas-Salmonella fil-laħam tar-rettili (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward il-kwistjonijiet veterinarji u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 52 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32020 R 0205: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/205 tal-14 ta’ Frar 2020 (ĠU L 43, 17.2.2020, p. 63).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32020 R 0205: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/205 tal-14 ta’ Frar 2020 (ĠU L 43, 17.2.2020, p. 63).”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament (UE) 2020/205 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Settembru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 43, 17.2.2020, p. 63.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.