6.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 116/2020

tal-25 ta’ Settembru 2020

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1376]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1091 tas-26 ta’ Ġunju 2019 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-esportazzjoni ta’ prodotti li fihom il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali ruminanti u minn annimali mhux ruminanti (1) għandu jiġ inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32019 R 1091: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1091 tas-26 ta’ Ġunju 2019 (ĠUL 173, 27.6.2019, p. 42).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2019/1091 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Settembru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 173, 27.6.2019, p. 42.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.