|
6.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 105/2020
tal-14 ta’ Lulju 2020
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1365]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/515 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XIX tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 3t (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/547):
|
|
2. |
It-test tal-punt 3f (ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar. |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2019/515 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fs-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Sabine MONAUNI
(2) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 21.
(*1) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.