|
29.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/81 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 336/2022
tad-9 ta’ Diċembru 2022
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1278]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/914 tal-4 ta’ Ġunju 2021 dwar klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/915 tal-4 ta’ Ġunju 2021 dwar klawżoli kuntrattwali standard bejn il-kontrolluri u l-proċessuri skont l-Artikolu 28(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 29(7) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 5eu (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/254) tal-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“5ev. |
32021 D 0914: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/914 tal-4 ta’ Ġunju 2021 dwar klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 7.6.2021, p. 31). |
|
5ew. |
32021 D 0915: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/915 tal-4 ta’ Ġunju 2021 dwar klawżoli kuntrattwali standard bejn il-kontrolluri u l-proċessuri skont l-Artikolu 28(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 29(7) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 7.6.2021, p. 18).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/914 u (UE) 2021/915 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Diċembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kristján Andri STEFÁNSSON
(1) ĠU L 199, 7.6.2021, p. 31.
(2) ĠU L 199, 7.6.2021, p. 18.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.