29.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE ru 324/2022

tad-9 ta’ Diċembru 2022

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1266]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2282 tal-21 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tar-riżervi tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rapportar b’dati ta’ referenza mit-30 ta’ Settembru 2022 sat-30 ta’ Diċembru 2022 f’konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assikurazzjoni u tar-Riassikurazzjoni (1) għandu jiġu inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1zu (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1384) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“1zv.

32022 R 2282: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2282 tal-21 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi informazzjoni teknika għall-kalkolu tar-riżervi tekniċi u l-fondi proprji bażiċi għar-rapportar b'dati ta' referenza mit-30 ta’ Settembru 2022 sat-30 ta’ Diċembru 2022 f’konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assikurazzjoni u tar-Riassikurazzjoni (ĠU L 301, 22.11.2022, p. 22).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2282 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Diċembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)   ĠU L 301, 22.11.2022, p. 22.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.