30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/53


Deċiżjoni Nru 2536/2023 tal-Kumitat Settorjali Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Istati Uniti — L-Unjoni Ewropea emendat l-Anness Settorjali għal prassi tajba farmaċewtiċi ta’ manifattura (PTM) (l-“Anness”) dwar l-inklużjoni ta’ prodotti veterinarji fil-koperta tal-prodott tal-Anness

tal-11 ta’ Mejju 2023 [2023/1044]

IL-KUMITAT SETTORJALI KONĠUNT,

Billi l-Artikolu 20 tal-Anness jeħtieġ li l-Kumitat Settorjali Konġunt jikkunsidra jekk jinkludix prodotti veterinarji fil-koperta tal-prodott tal-Anness,

Billi l-Kumitat Settorjali Konġunt ikkunsidra kif xieraq li jinkludi prodotti veterinarji, kif definiti fl-Appendiċi 3, paragrafu 6, il-koperta tal-prodott tal-Anness,

Filwaqt li qies li l-Artikolu 4(2) tal-Anness jeskludi b’mod espliċitu l-immunoloġiċi veterinarji mill-koperta tal-prodott tal-Anness,

Filwaqt li jirrikonoxxi li kull deċiżjoni li tinkludi prodotti veterinarji fil-koperta tal-prodott tal-Anness tista’ tiġi implimentata biss wara valutazzjonijiet reċiproċi b’suċċess tal-awtoritajiet ta’ kull Parti f’konformità mal-Artikolu 5 u l-Appendiċi 4 tal-Anness,

Filwaqt li jirrikonoxxi li għal dan l-għan il-Partijiet qablu li kull Parti se tlesti l-valutazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji tal-parti l-oħra kif stabbilit fl-Hemża A ta’ din id-Deċiżjoni,

Filwaqt li jirrikonoxxi li l-Food and Drug Administration (“FDA”) lestiet il-valutazzjoni ta’ 14-il awtorità tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (“UE”) kompetenti għall-prodotti veterinarji (li ħamsa minnhom huma kompetenti għall-prodotti veterinarji biss, u filwaqt li jqis li mill-inqas valutazzjoni waħda tal-kapaċità ta’ dawk il-ħames awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE, hija favorevoli) skont il-paragrafu II.A tal-Appendiċi 4,

Filwaqt li jirrikonoxxi li l-UE wettqet il-valutazzjoni tal-FDA f’konformità mal-paragrafu II.B tal-Appendiċi 4,

Filwaqt li jirrikonoxxi li l-FDA indirizzat l-osservazzjonijiet pendenti li rriżultaw mill-awditu f’konformità mal-paragrafu II.B (i) tal-Appendiċi 4.

Filwaqt li jirrikonoxxi li l-FDA diġà ssodisfa il-paragrafu II.B (ii) tal-Appendiċi 4 bħala parti mill-valutazzjoni tal-UE tal-FDA għall-farmaċewtiċi tal-bniedem.

Filwaqt li jikkonferma li l-Artikolu 9 tal-Anness ma japplikax għall-prodotti veterinarji, mutatis mutandis, sad-data li fiha l-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri tal-UE kompetenti għall-prodotti veterinarji elenkati fl-Appendiċi 2 ikunu ġew rikonoxxuti mill-FDA,

Filwaqt li qies li l-Lista ta’ Awtoritajiet fl-Appendiċi 2 tal-Anness jeħtieġ li tiġi aġġornata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-prodotti veterinarji, kif definiti fl-Appendiċi 3, il-paragrafu 6, huma inklużi fil-koperta tal-prodott tal-Anness.

L-FDA għandha tlesti l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri kollha tal-UE skont l-Hemża A ta’ din id-Deċiżjoni,

L-FDA indirizzat l-osservazzjonijiet pendenti li rriżultaw mill-awditu f’konformità mal-paragrafu II.B (i) tal-Appendiċi 4.

L-Artikolu 9 tal-Anness se japplika għall-prodotti veterinarji fid-data li fiha l-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri tal-UE kompetenti għall-prodotti veterinarji elenkati fl-Appendiċi 2, ikunu ġew rikonoxxuti mill-FDA,

2.

It-test tal-Appendiċi 2 tal-Anness huwa sostitwit bit-test tal-Appendiċi 2 fl-Hemża B ta’ din id-Deċiżjoni.

Hemża A: Skeda għall-Valutazzjoni tal-Awtoritajiet tal-Istati Membri għall-Prodotti Veterinarji

Hemża B: Appendiċi 2 Lista ta’ Awtoritajiet

Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mill-kopresidenti tal-Kumitat Settorjali Konġunt kif imsemmi fl-Artikolu 14(2) tal-Anness. Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva mid-data li fiha tkun saret l-aħħar waħda minn dawn il-firem.

F’isem l-Istati Uniti tal-Amerka

Mark ABDOO

Iffirmat f’Silver Spring, MD, il-5 ta’ Mejju 2023

F’isem l-Unjoni Ewropea

Sylvain GIRAUD

Iffirmat fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2023


HEMŻA A

Skeda għall-Valutazzjoni tal-Awtoritajiet tal-Istati Membri għall-Prodotti Veterinarji

1.   

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għal prodotti veterinarji elenkati fl-Appendiċi 2 tal-Anness għadhom jissottomettu pakketti sħaħ ta’ valutazzjoni ta’ kapaċità li jkun fihom l-informazzjoni speċifikata fl-Appendiċi 4 tal-Anness skont l-iskeda li ġejja:

—

Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2022: pakketti ta’ valutazzjoni ta’ kapaċità minn dsatax-il awtorità tal-Istati Membri;

—

Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2023: pakketti ta’ valutazzjoni ta’ kapaċità minn erba’ awtoritajiet tal-Istati Membri addizzjonali;

—

Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2023: pakketti ta’ valutazzjoni ta’ kapaċità minn erba’ awtoritajiet tal-Istati Membri addizzjonali;

—

Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar 2024: kwalunkwe pakkett ta’ valutazzjoni tal-kapaċità rimanenti (minħabba d-determinazzjoni tal-FDA li tenħtieġ valutazzjoni sħiħa tal-kapaċità għal awtorità b’kompetenza doppja umana u veterinarja ta’ Stat Membru)

2.   

L-FDA għandha tlesti l-valutazzjonijiet tal-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-prodotti veterinarji elenkati fl-Appendiċi 2 tal-Anness u kif stabbilit fl-Anness, skont l-iskeda li ġejja, diment li l-FDA tirċievi pakketti sħaħ ta’ valutazzjoni ta’ kapaċità għal awtoritajiet bħal dawn li jkun fihom l-informazzjoni speċifikata fl-Appendiċi 4 tal-Anness skont l-iskeda stabbilita fil-paragrafu 1:

—

il-31 ta’ Diċembru 2022: sbatax-il valutazzjoni tal-kapaċità

—

il-31 ta’ Diċembru 2023: ħames valutazzjonijiet addizzjonali tal-kapaċità

—

il-31 ta’ Lulju 2024: ħames valutazzjonijiet addizzjonali tal-kapaċità

3.   

Għal kull awtorità ta’ Stat Membru:

(a)

L-UE għandha tippreżenta rapport finali tal-awditjar lill-FDA sa mhux aktar tard minn 60 jum qabel id-data li fiha mistenni l-pakkett ta’ valutazzjoni ta’ kapaċità għall-awtorità tal-Istat Membru.

(b)

L-FDA għandha tipprovdi lista ta' kontroll iffinalizzata ta’ pakkett ta’ valutazzjoni ta’ kapaċità lill-awtorità tal-Istat Membru sa mhux aktar tard minn 20 jum wara li l-FDA tirċievi ir-rapport tal-awditjar.

(c)

L-awtorità tal-Istat Membru għandha tissottometti l-pakkett ta’ valutazzjoni ta’ kapaċità lill-FDA sa mhux aktar tard minn 40 jum wara li dik l-awtorità tal-Istat Membru tirċievi l-lista ta’ kontroll ta’ pakkett ta’ valutazzjoni ta’ kapaċità.

4.   

L-iskadenza għat-twettiq tal-pakketti ta’ valutazzjoni tal-kapaċità se tiġi estiża awtomatikament bi tliet xahar, jekk dawn ma jkunux jistgħu jitlestew fil-ħin minħabba r-riperkussjonijiet tal-miżuri relatati mal-pandemija tal-COVID-19 jew avveniment simili ta’ tfixkil, bħal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, miżuri ta’ kwarantina, liv tal-mard u nuqqas ta’ riżorsi li jirriżultaw minnhom. L-UE għandha tinforma lill-FDA fil-ħin dwar id-dewmien rilevanti u għandha tipproponi skeda ta’ żmien aġġornata għal ftehim fil-Kumitat Settorjali Konġunt.

5.   

Il-komunikazzjoni tar-rikonoxximent tal-awtoritajiet tal-Istati Membri vvalutati għandha ssir minnufih wara l-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-kapaċità (fuq bażi kontinwa) u f’konformità mal-Artikolu 7 tal-Anness.


HEMŻA B

Appendiċi 2 Lista ta’ Awtoritajiet

L-Istati Uniti:

L-Amministrazzjoni għall-Ikel u għall-Mediċini

L-Unjoni Ewropea:

Pajjiż

Għal prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Għall-prodotti mediċinali veterinarji

L-Awstrija

L-Aġenzija Awstrijaka għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari / Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH

Ara l-awtorità responsabbli għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Il-Belġju

L-Aġenzija Federali għall-Mediċini u l-Prodotti tas-Saħħa – FAMHP / Federaal Agentschap voor Geneesmiddelen en Gezondheidsproducten – FAGG / Agence fédérale des médicaments et des produits de santé – AFMPS

Ara l-awtorità responsabbli għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Il-Bulgarija

Aġenzija Bulgara tad-Drogi / Изпълнителна агенция по лекарствата

L-Aġenzija Bulgara għas-Sikurezza Alimentari / Българска агенция по безопасност на храните

Il-Kroazja

L-Aġenzija għall-Prodotti Mediċinali u l-Apparat Mediku / Agencija za lijekove i medicinske proizvode (HALMED)

L-Aġenzija għall-Prodotti Mediċinali u l-Apparat Mediku / Agencija za lijekove i medicinske proizvode (HALMED)

Il-Ministeru tal-Agrikoltura, id-Direttorat għas-Sikurezza Veterinarja u Alimentari / Ministarstvo poljoprivrede, Uprava za veterinarstvo i sigurnost hrane

Ċipru

Il-Ministeru tas-Saħħa - Servizzi Farmaċewtiċi / Φαρμακευτικές Υπηρεσίες, Υπουργείο Υγείας

Il-Ministeru tal-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent-Servizzi Veterinarji / Υπουργείο Γεωργίας, Αγροτικής Ανάπτυξης και Περιβάλλοντος – Κτηνιατρικές Υπηρεσίες

Iċ-Ċekja

L-Istitut tal-Istat għall-Kontroll tal-Mediċina / Státní ústav pro kontrolu léčiv (SÚKL)

L-Istitut għall-Kontroll mill-Istat ta’ Bijoloġiċi u Mediċini Veterinarji / Ústav pro státní kontrolu veterinárních biopreparátů a léčiv (ÚSKVBL)

Id-Danimarka

L-Aġenzija Daniża għall-Mediċini / Lægemiddelstyrelsen

Ara l-awtorità responsabbli għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

L-Estonja

L-Aġenzija tal-Istat tal-Mediċini / Ravimiamet

Ara l-awtorità responsabbli għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Il-Finlandja

L-Aġenzija Finlandiża għall-Mediċini / Lääkealan turvallisuus- ja kehittämiskeskus (FIMEA)

Ara l-awtorità responsabbli għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Franza

L-Aġenzija Nazzjonali Franċiża għas-Sigurtà tal-Mediċini u l-Prodotti tas-Saħħa / Agence nationale de sécurité du médicament et des produits de santé (ANSM)

L-Aġenzija Franċiża għas-sikurezza alimentari, ambjentali u s-saħħa okkupazzjonali - L-Aġenzija Franċiża għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji / Agence Nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail – Agence Nationale du Médicament Vétérinaire (Anses-ANMV)

Il-Ġermanja

L-Istitut Federali għall-Mediċina u l-Apparat Mediku / Bundesinstitut für Arzneimittel und Medizinprodukte (BfArM)

Paul-Ehrlich-Institute (PEI), Istitut Federali għat-Tilqim u l-Bijomediċini / Paul-Ehrlich-Institut (PEI) Bundesinstitut für Impfstoffe und biomedizinische Arzneimittel

Il-Ministeru Federali tas-Saħħa / Bundesministerium für Gesundheit (BMG)

L-Awtorità Ċentrali tal-Länder għall-Protezzjoni tas-Saħħa fir-rigward tal-Prodotti Mediċinali u l-Apparat Mediku / Zentralstelle der Länder für Gesundheitsschutz bei Arzneimitteln und Medizinprodukten (ZLG)  (1)

L-Uffiċċju Federali għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u s-Sikurezza Alimentari / Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL)

Il-Ministeru Federali tal-Ikel u l-Agrikoltura / Bundesministerium für Ernährung und Landwirtschaft

Il-Ġreċja

Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Mediċini / Ethnikos Organismos Farmakon (EOF) – (Εθνικός Οργανισμός Φαρμάκων))

Ara l-awtorità responsabbli għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

L-Ungerija

L-Istitut Nazzjonali tal-Farmaċija u n-Nutrizzjoni / Országos Gyógyszerészeti és Élelmezés-egészségügyi Intézet

L-Uffiċċju Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Katina Alimentari, id-Direttorat tal-Prodotti Mediċinali Veterinarji / Nemzeti Élelmiszerlánc-biztonsági Hivatal, Állatgyógyászati Termékek Igazgatósága (ÁTI)

L-Irlanda

L-Awtorità Regolatorja tal-Prodotti tas-Saħħa (HPRA, Health Products Regulatory Authority)

Ara l-awtorità responsabbli għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

L-Italja

L-Aġenzija Taljana għall-Mediċini /Agenzia Italiana del Farmaco

Il-Ministeru tas-Saħħa, Direzzjoni Ġenerali għas-Saħħa tal-Annimali u l-Prodotti Mediċinali Veterinarji / Ministero della Salute, Direzione Generale della Sanità Animale e dei Farmaci Veterinari

Il-Latvja

L-Aġenzija tal-Istat tal-Mediċini / Zāļu valsts aģentūra

Servizz Alimentari u Veterinarju / Pārtikas un veterinārais dienests

Il-Litwanja

L-Aġenzija tal-Istat għall-Kontroll tal-Mediċini / Valstybinė vaistų kontrolės tarnyba

Servizz tal-Ikel u Veterinarju / Valstybinė maisto ir veterinarijos tarnyba

Il-Lussemburgu

Ministeru tas-Saħħa, Diviżjoni tal-Farmaċija u l-Mediċini / Ministère de la Santé, Division de la Pharmacie et des Médicaments

Ara l-awtorità responsabbli għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Malta

L-Awtorità ta’ Malta għall-Mediċini (Malta Medicines Authority, MMA)

Id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Benessri tal-Annimali (Animal Health and Welfare Department, AHWD)

In-Netherlands

L-Ispettorat tal-Kura tas-Saħħa u ż-Żgħażagħ, il-Ministeru tas-Saħħa, il-Benessri u l-Isport / Inspectie Gezondheidszorg en Jeugd (IGJ), Ministerie van Volksgezondheid, Welzijn en Sport

Bord għall-Evalwazzjoni tal-Mediċini (MEB) / College ter Beoordeling van Geneesmiddelen (CBG)

Unità tal-Prodotti Mediċinali Veterinarji / Bureau Diergeneesmiddelen

Il-Polonja

Kap Spettorat Farmaċewtiku / Główny Inspektorat Farmaceutyczny (GIF)

Ara l-awtorità responsabbli għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Il-Portugall

L-Awtorità Nazzjonali tal-Mediċini u l-Prodotti tas-Saħħa / INFARMED, I.P Autoridade Nacional do Medicamento e Produtos de Saúde, I.P

Id-Direttorat Ġenerali tal-Ikel u l-Veterinerija / Direção-Geral de Alimentação e Veterinária (DGAV)

Ir-Rumanija

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Mediċini u l-Apparat Mediku tar-Rumanija / Agenţia Naţională a Medicamentului şi a Dispozitivelor Medicale din România

Awtorità Nazzjonali Sanitarja Veterinarja u tas-Sigurtà tal-Ikel / Autoritatea Naţională Sanitară Veterinară şi pentru Siguranţa Alimentelor

Is-Slovakkja

L-Istitut tal-Istat għall-Kontroll tal-Mediċini / Štátny ústav pre kontrolu liečiv (ŠÚKL)

L-Istitut għall-Kontroll tal-Istat tal-Bijoloġiċi u Medikamenti Veterinarji / Ústav štátnej kontroly veterinárnych biopreparátov a liečiv (USKVBL)

Is-Slovenja

L-Aġenzija għall-Prodotti Mediċinali u l-Apparat Mediku tar-Repubblika tas-Slovenja / Javna agencija Republike Slovenije za zdravila in medicinske pripomočke (JAZMP)

Ara l-awtorità responsabbli għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Spanja

L-Aġenzija Spanjola tal-Mediċini u l-Apparat Mediku/ Agencia Española de Medicamentos y Productos Sanitarios  (2)

Ara l-awtorità responsabbli għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

L-Iżvezja

L-Aġenzija Żvediża tal-Prodotti Mediċi / Läkemedelsverket

Ara l-awtorità responsabbli għall-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem


(1)  Għall-finijiet ta' dan l-Anness, u mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni interna tal-kompetenza fil-Ġermanja dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ dan l-Anness, ZLG għandha tinftiehem bħala l-awtorità kordinatriċi għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Laender li joħorġu dokumenti PTM u jwettqu spezzjonijiet farmaċewtiċi.

(2)  Għall-fini ta' dan l-Anness, u mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni interna tal-kompetenza fi Spanja dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Anness, l-Agencia Española de Medicamentos y Productos Sanitarios għandha tinftiehem li tkopri l-awtoritajiet reġjonali kompetenti kollha li joħorġu dokumenti GMP u jwettqu spezzjonijiet farmaċewtiċi.