|
4.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 288/2022
tat-28 ta’ Ottubru 2022
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/884]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 21av (id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“, kif emendata bi:
|
— |
32019 L 1161: Id-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 116). |
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
(a) |
Dan li ġej għandu jiżdied fit-Tabella 3 tal-Anness: “
” |
|
(b) |
Dan li ġej għandu jiżdied fit-Tabella 4 tal-Anness: “
” ’ |
Artikolu 2
It-test tad-Direttiva (UE) 2019/1161 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ottubru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2022 tat-18 ta’ Marzu 2022 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kristján Andri STEFÁNSSON
(1) ĠU L 188, 12.7.2019, p. 116.
(*) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.