|
4.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 281/2022
tat-28 ta’ Ottubru 2022
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/877]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/954 tat-12 ta’ Mejju 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) Nru 183/2014 fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kalkolu tal-aġġustamenti speċifiċi u ġenerali għar-riskju ta’ kreditu (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 14ah (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 183/2014) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“, kif emendata bi:
|
— |
32022 R 0954: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/954 tat-12 ta’ Mejju 2022 (ĠU L 165, 21.6.2022, p. 24).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2022/954 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ottubru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kristján Andri STEFÁNSSON
(1) ĠU L 165, 21.6.2022, p. 24.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.