4.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 117/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 279/2022

tat-28 ta’ Ottubru 2022

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/875]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/986 tat-23 ta’ Ġunju 2022 li ma tapprovax l-N-(3-amminopropil)-N-dodeċilpropan-1,3-diammina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1005 tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali Alphachloralose Grain imressqa minn Franza u mill-Iżvezja f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1006 tal-24 ta’ Ġunju 2022 dwar l-oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali Alphachloralose Pasta mressqa minn Franza u mill-Iżvezja f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12zzzzzzzv (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/146) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“12zzzzzzzw.

32022 D 0986: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/986 tat-23 ta’ Ġunju 2022 li ma tapprovax l-N-(3-amminopropil)-N-dodeċilpropan-1,3-diammina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 (ĠU L 167, 24.6.2022, p. 111).

12zzzzzzzx.

32022 D 1005: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1005 tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali Alphachloralose Grain imressqa minn Franza u mill-Iżvezja f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 168, 27.6.2022, p. 86),

12zzzzzzzy.

32022 D 1006: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1006 tal-24 ta’ Ġunju 2022 dwar l-oġġezzjonijiet mhux riżolti rigward it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali Alphachloralose Pasta mressqa minn Franza u mill-Iżvezja f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 168, 27.6.2022, p. 90).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/986, (UE) 2022/1005 u (UE) 2022/1006 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ottubru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)   ĠU L 167, 24.6.2022, p. 111.

(2)   ĠU L 168, 27.6.2022, p. 86.

(3)   ĠU L 168, 27.6.2022, p. 90.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.