|
20.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/75 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 270/2022
tat-23 ta’ Settembru 2022
li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/799]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2019/1151 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi dwar il-kumpaniji (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XXII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt 1 (id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Jiżdied dan li ġej: “, kif emendat minn:
|
|
2. |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-adattament (c):
|
Artikolu 2
It-test tad-Direttiva (UE) Nru 2019/1151 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kristján Andri STEFÁNSSON
(1) ĠU L 186, 11.7.2019, p. 80.
(*) Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.