20.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/72


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 268/2022

tat-23 ta’ Settembru 2022

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/797]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/716 tas-6 ta’ Mejju 2022 dwar l-approvazzjoni ta’ Tagħmir tat-Tisħin Intelliġenti tad-Diżil għall-użu fil-karozzi tal-passiġġieri b’magna tal-kombustjoni konvenzjonali, f’ċerti karozzi tal-passiġġieri elettriċi ibridi u fil-vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) kif rettifikat permezz tal-ĠU L 181, 7.7.2022, p. 36 u ĠU L 192, 21.7.2022, p. 31, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21azl (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“21azm.

32022 D 0716: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/716 tas-6 ta’ Mejju 2022 dwar l-approvazzjoni ta’ Tagħmir tat-Tisħin Intelliġenti tad-Diżil għall-użu fil-karozzi tal-passiġġieri b’magna tal-kombustjoni konvenzjonali, f’ċerti karozzi tal-passiġġieri elettriċi ibridi u fil-vetturi kummerċjali ħfief bħala teknoloġija innovattiva skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 10.5.2022, p. 33), kif rettifikata permezz tal-ĠU L 181, 7.7.2022, p. 36 u permezz tal-ĠU L 192, 21.7.2022, p. 31.”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/716, kif rettifkata permezz tal-ĠU L 181, 7.7.2022, p. 36 u permezz tal-ĠU L 192, 21.7.2022, p. 31, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)   ĠU L 133, 10.5.2022, p. 33.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.