20.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/69 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 266/2022
tat-23 ta’ Settembru 2022
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/795]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/252 tal-21 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1167 biex tispeċifika r-rekwiżiti tal-ittestjar li għandhom jiġu applikati għal mutur ġeneratur effiċjenti ta’ 48 Volt integrat fil-housing tat-trażmissjoni u kkombinat ma’ konvertitur ta’ 48 Volt/12-il Volt DC/DC (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 21azd (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1167) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“— |
32022 D 0252: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/252 tal-21 ta’ Frar 2022 (ĠU L 41, 22.2.2022, p. 33).” |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/252 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kristján Andri STEFÁNSSON
(1) ĠU L 41, 22.2.2022, p. 33.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.