20.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 261/2022

tat-23 ta’ Settembru 2022

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/790]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1180 tal-11 ta’ Jannar 2022 li jirretifika d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 56f (id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32022 R 1180: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1180 tal-11 ta’ Jannar 2022 (ĠU L 184, 11.7.2022, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1180 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)  ĠU L 184, 11.7.2022, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.