20.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 256/2022

tat-23 ta’ Settembru 2022

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/785]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/172 tas-7 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1538 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju li għandu jintuża mill-apparati ta’ medda qasira fil-baned tal-frekwenzi ta’ 874-876 MHz u 915-921 MHz (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 5czq (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1538) tal-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“, kif emendat minn:

32022 D 0172: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/172 tas-7 ta’ Frar 2022 (ĠU L 28, 9.2.2022, p. 21).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/172 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, ufis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)   ĠU L 28, 9.2.2022, p. 21.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.