20.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 251/2022

tat-23 ta’ Settembru 2022

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/780]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/551 tal-4 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/85 dwar l-ekwivalenza għar-rekwiżiti tal-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-qafas regolatorju tal-Istati Uniti tal-Amerka għal kontropartijiet ċentrali li huma awtorizzati u ssorveljati mill-Kummissjoni tat-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 31bcaz (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/85) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“, kif emendat minn:

32022 D 0551: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/551 tal-4 ta’ April 2022 (ĠU L 107, 6.4.2022, p. 82).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/551 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)  ĠU L 107, 6.4.2022, p. 82.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.