20.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 248/2022

tat-23 ta’ Settembru 2022

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/777]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118 tas-26 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jiġi stmat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinat għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni fejn il-grupp ta’ riżoluzzjoni mhuwiex soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont dik id-Direttiva (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1340 tat-22 ta’ April 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw il-kontenut tal-klawżoli kuntrattwali dwar ir-rikonoxximent tas-setgħat ta’ sospensjoni tar-riżoluzzjoni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/622 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli ta’ rapportar, struzzjonijiet u metodoloġija uniformi għar-rapportar dwar ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/622 iħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/308 (4), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 19bl (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/308 jinbidel b’dan li ġej:

32021 R 0622: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/622 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli ta’ rapportar, struzzjonijiet u metodoloġija uniformi għar-rapportar dwar ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 123).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 19bp (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/348):

“19bq.

32021 R 1118: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1118 tas-26 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jiġi stmat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinat għal entitajiet ta’ riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni fejn il-grupp ta’ riżoluzzjoni mhuwiex soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont dik id-Direttiva (ĠU L 241, 8.7.2021, p. 1).

19br.

32021 R 1340: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1340 tat-22 ta’ April 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw il-kontenut tal-klawżoli kuntrattwali dwar ir-rikonoxximent tas-setgħat ta’ sospensjoni tar-riżoluzzjoni (ĠU L 292, 16.8.2021, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2021/1118 u (UE) 2021/1340 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/622 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2019 tad-29 ta’ April 2022 (5), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)   ĠU L 241, 8.7.2021, p. 1.

(2)   ĠU L 292, 16.8.2021, p. 1.

(3)   ĠU L 131, 16.4.2021, p. 123.

(4)   ĠU L 60, 2.3.2018, p. 7.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.

(5)   ĠU L 246, 22.9.2022, p. 105.