20.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 237/2022

tat-23 ta’ Settembru 2022

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/766]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2191 tal-10 ta’ Diċembru 2021 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ pjanti tal-Wolffia arrhiza u/jew tal-Wolffia globosa bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/47 tat-13 ta’ Jannar 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-polpa taċ-ċirasa mnixxfa minn Coffea arabica L. u/jew Coffea canephora Pierre ex A.Froehner u l-infużjoni tagħha bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar in-negozju fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 124b (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470):

“—

32021 R 2191: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2191 tal-10 ta’ Diċembru 2021 (ĠU L 445, 13.12.2021, p. 1),

32022 R 0047: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/47 tat-13 ta’ Jannar 2022 (ĠU L 9, 14.1.2022, p. 29).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 206 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2129):

“207.

32021 R 2191: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2191 tal-10 ta’ Diċembru 2021 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ pjanti tal-Wolffia arrhiza u/jew tal-Wolffia globosa bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 445, 13.12.2021, p. 1).

208.

32022 R 0047: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/47 tat-13 ta’ Jannar 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-polpa taċ-ċirasa mnixxfa minn Coffea arabica L. u/jew Coffea canephora Pierre ex A.Froehner u l-infużjoni tagħha bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 9, 14.1.2022, p. 29).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1859 u (UE) 2022/47 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)  ĠU L 445, 13.12.2021, p. 1.

(2)  ĠU L 9, 14.1.2022, p. 29.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.