20.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 236/2022

tat-23 ta’ Settembru 2022

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/765]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/617 tat-12 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-merkurju fil-ħut u fil-melħ (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/502 tad-29 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1321/2013 fir-rigward tal-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-prodott primarju ta’ taħwir bl-affumikazzjoni “Scansmoke PB 1110” (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE)

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006):

“-

32022 R 0617: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/617 tat-12 ta’ April 2022 (ĠU L 115, 13.4.2022, p. 60).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 84 (Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2013):

 

“, kif emendat minn:

32022 R 0502: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/502 tad-29 ta’ Marzu 2022 (ĠU L 102, 30.3.2022, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2022/617 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/502 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)  ĠU L 115, 13.4.2022, p. 60.

(2)  ĠU L 102, 30.3.2022, p. 6.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.