20.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 230/2022

tat-23 ta’ Settembru 2022

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/759]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2171 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward tal-piżijiet tal-lottijiet taż-żerriegħa u tal-kampjuni tal-Avena nuda (1) għandha tiġi imkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE) fil-Parti 1 tal-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32021 L 2171: Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2171 tas-7 ta’ Diċembru 2021 (ĠU L 438, 8.12.2021, p. 84).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2021/2171 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)   ĠU L 438, 8.12.2021, p. 84.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.