23.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 209/2022

tat-8 ta’ Lulju 2022

li temenda l-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u l-Anness VIII (Dritt ta’ stabbiliment) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/626]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/724 tal-10 ta’ Mejju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tas-Seychelles maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/725 tal-10 ta’ Mejju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/726 tal-10 ta’ Mejju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Indoneżja maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi V u VIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 10zi (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/534) tal-Anness V tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“10zj.

32022 D 0724: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/724 tal-10 ta’ Mejju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tas-Seychelles maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 134, 11.5.2022, p. 28).

10zk.

32022 D 0725: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/725 tal-10 ta’ Mejju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 134, 11.5.2022, p. 31).

10zl.

32022 D 0726: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/726 tal-10 ta’ Mejju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Indoneżja maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 134, 11.5.2022, p. 34).”

Artikolu 2

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 11zi (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/534) tal-Anness VIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“11zj.

32022 D 0724: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/724 tal-10 ta’ Mejju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tas-Seychelles maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 134, 11.5.2022, p. 28).

11zk.

32022 D 0725: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/725 tal-10 ta’ Mejju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 134, 11.5.2022, p. 31).

11zl.

32022 D 0726: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/726 tal-10 ta’ Mejju 2022 li tistabbilixxi l-ekwivalenza, għall-fini tal-faċilitazzjoni tad-dritt tal-moviment liberu fl-Unjoni, taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mir-Repubblika tal-Indoneżja maċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 134, 11.5.2022, p. 34).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/724, (UE) 2022/725 u (UE) 2022/726 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)   ĠU L 134, 11.5.2022, p. 28.

(2)   ĠU L 134, 11.5.2022, p. 31.

(3)   ĠU L 134, 11.5.2022, p. 34.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.