10.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/45


DEĊIŻJONI Nru 2020/08 TAL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT

dwar il-ħolqien tal-Kumitat tekniku għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi [2023/558]

IL-KUMITAT TA’ TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport, u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 1 tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kumitat tekniku tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi tal-Komunità tat-Trasport qiegħed b’dan jinħoloq.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f’Sarajevo, fil-15 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kumitat ta’ Tmexxija Reġjonali

Il-President